Prodotti importati bil-levy ghandhom jorhsu fil-prezz
Is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li iddahhlet fl-1 ta' Lulju ghandha ggib maghha rohs fil-prezzijiet fuq firxa wiesgha ta' prodotti importati minn pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea u minn pajjizi barra l-Unjoni Ewropea. Fost dawk il-prodotti importati li ghandhom jorhsu hemm dawk li fuqhom tithallas il-Levyu bis-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni mhux se tithallas Sisa fuq l-Importazzjoni (ETI), u ghaldaqstant il-prezz taghhom ghandu jorhos. Bit-taxxa tal-VAT dawn il-prodotti kienu jhallsu 15% u anke il-Levy.
Fost dawk il-prodotti importati li se jkunu intaxxati anqas bis-Sistema Gdida hemm aktar minn 60 tip ta' prodott differenti li jvarjaw minn qomos tat-tfal u ta' l-irgiel, hwejjeg ta' taht, tights, peduni tat-tfal u ta' l-irgiel, t-shirts, saqqijiet, slielem ta' l-injam, pitazzi u notebooks, ghamara tal-hadid, ghamara u strutturi mahdumin bl-aluminju, madum tas-siment, siggijiet u ghamara tal-cane, quilts, likwidu tal-hasil, zebgha ta' l-enamel, tajjar, pajpijiet tal-plastic, albums zghar tar-ritratti u zraben ta' l-isports.
Ghal dan il-ghan id-Direttur tal-Kummerc qieghed jikteb lill-agenti kollha ta' dawk il-prodotti li ghandhom il-Levy biex jipprezentaw lid-Dipartiment tal-Kummerc il-prezzijiet godda ta' dawk il-prodotti kif rakkomandati li ghandhom jorshu ghand il-konsumatur. L-agenti qeghdin jigu mitluba jipprezentaw din l-informazzjoni lid-Dipartiment tal-Kummerc sa nhar it-Tnejn, 21 ta' Lulju 1997.
Fil-granet li gejjin il-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc se jippubblika listi tal-kategoriji differenti tal-prodotti importati bil-Levy li ghandhom jorhsu skond is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Din il-kampanja ta' informazzjoni hija mahsuba biex tkompli tinforma lill-konsumatur bl-effetti tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni fuq il-prezzijiet tal-prodotti u servizzi wzati.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901