Left arrow Go Back

Laqghat ta' Informazzjoni dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni

pr1325
Date Icon 05/07/1997

Nhar il-Hadd filghodu se tkompli s-sensiela ta' laqghat ghan-negozjanti. F'dawn il-laqghat, Ufficjali mid-Dipartiment tat-Taxxa, tad-Dwana u Sisa jzuru bliet u rhula Maltin u Ghawdxin biex jispjegaw is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li hadet post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li ghadda.

Il-Hadd li gej, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar, dawn l-ufficjali se jkunu

  • fl-iskola Sekondarja tal-Bniet, Birkirkara (Triq Paris); u
  • fl-iskola Primarja 'B', Zabbar (Triq Dingli).

Il-laqgha ta' Birkirkara hi mahsuba primarjament ghan-negozjanti z-zghar ta' Birkirkara, Santa Venera u Balzan, waqt li dik ta' Zabbar hija mahsuba ghal dawk ta' Zabbar u Marsascala.

Dawn il-laqghat jikkoncentraw fuq l-aspetti teknici u legali tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni u jinkludu taghrif fuq ir-registrazzjoni taht il-Ligi, il-mili tad-Denunzja (Return), il-hlas tat-taxxa dovuta, x'kotba u records ghandhom jinzammu skond il-Ligi, u x'refunds huma ntitolati ghalihom certi operaturi tan-negozju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow