Titnaddaf il-Menqa ta' Marsalforn
Ghadu kif tlesta xoghol ta' dredging fil-Menqa ta' Marsalforn, imwettaq wara hrug ta' offerta mid-dipartiment tal-Progetti u Zvilupp fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. L-offerta harget ghat-tindif ta' 2000 metru kubu ta' materjal minn qiegh il-bahar. Il-Menqa hija mdawwra minn hitan mibnija biex joffru kenn ghad-dghajjes tas-sajjieda, u fil-qiegh taghha jingema' kwantita' ta' materjal u hmieg.
It-tindif tal-Menqa huwa parti mix-xogholijiet li qed isiru f'Marsalforn biex din il-bajja tinghata dehra ahjar, ghall-beneficcju tal-pubbliku li jaghmel uzu minnha. Ix-xoghol huwa kkordinat mill-Kumitat ta' Azzjoni ghal Ghawdex.
Fil-Menqa wkoll tjiebu l-facilitajiet ta' irmigg ghas-sajjieda bil-ghan li jigi evitat li jintefa' gebel fil-qiegh ghall-irbit tad-dghajjes - sistema li kienet qed twassal biex jingema' iktar materjal fil-qiegh.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901