Il-Ministru Michael Farrugia jniedi l-Kampanja tad-Donaturi ta' l-organi
F'konferenza stampa li saret fl-istand tal-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, il-Ministru Dr Michael Farrugia nieda l-kampanja tad-Donaturi tal-Organi.
Huwa sahaq dwar il-bzonn ta' din il-kampanja ghax bis-sahha ta' hekk jikber ferm aktar ic-cans li pazjenti li jkollhom bzonn organi, jsibu donaturi.
Malli jimtlew il-formoli ta' dawk li jaghzlu li jkunu donaturi, id-donatur gdid jinghata d-Donor Card sabiex izommha fuqu l-hin kollu, biex f'kaz ta' ncident it-taqsima tal-kura ntensiva jkunu jafu x'kienet ix-xewqa ta' l-individwu.
Fl-ahhar tal-fiera huwa mistenni li jittella rigal ghar-rebbieh minn fost dawk li jirregistraw bhala donaturi tal-organi tul il-perjodu tal-fiera fin-Naxxar.
Dr Farrugia semma kif ricentement tlett individwi gawdew minn trapjant tal-qalb u tal-kliewi u ohrajn minn trapjant tal-kornea.
Filwaqt li heggeg lil kulhadd biex ikun donatur, huwa ffirma l-ewwel formola tad-donaturi, progett li mistenni jkompli ghaddej bla waqfien.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901