Laqghat ta' Informazzjoni dwar is-sistema gdida ta' tassazzjoni
Nhar il-Hadd filghodu se tkompli s-sensiela ta' laqghat ghan-negozjanti. F'dawn il-laqghat, Ufficjali mid-Dipartiment tat-Taxxa, tad-Dwana u Sisa jzuru bliet u rhula Maltin u Ghawdxin biex jispjegaw is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li se tiehu post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li gej.
Il-Hadd li gej, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar, dawn l-ufficjali se jkunu :
- fil-Boys' Junior Lyceum, Rabat, Ghawdex (Triq Fortunato Mizzi); u
- fl-iskola Sekondarja tas-Subien, Paola (Triq G D'Amato).
Il-laqgha ta' Ghawdex hi mahsuba primarjament ghan-negozjanti z-zghar ta' Ghawdex, waqt li dik ta' Paola hija mahsuba ghal dawk ta' Paola, Fgura u Tarxien.
Dawn il-laqghat jikkoncentraw fuq l-aspetti teknici u legali tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni u jinkludu taghrif fuq ir-registrazzjoni taht il-Ligi, il-mili tad-Denunzja (Return), il-hlas tat-taxxa dovuta, x'kotba u records ghandhom jinzammu skond il-Ligi, u x'refunds huma ntitolati ghalihom certi operaturi tan-negozju.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901