Left arrow Go Back

Dr. Mario Felice jinhatar Chairman tal-Kumitat dwar Strutturi tas-servizzi u l-prodotti Finanzjarji

pr1255
Date Icon 27/06/1997

Il-Gvern hatar kumitat biex isib kif l-ahjar li jithaddmu l-istrutturi tas-servizzi u l-prodotti finanzjarji u jsib kif Malta tista' tlahhaq mad-domanda dejjem tikber minn naha tal-klijentela Ewropea u internazzjonali. Dalghodu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant u l-Ministru tal-Finanzi u Kummerc is-Sur Leo Brincat iltaqghu mac-Chairman ta' dan il-kumitat Dr. Mario Felice u mal-membri l-ohra is-Sur Paul Bonello, is-Sur Andrew Manduca, is-Sur Mark A. Miggiani u s-Sur Kevin Valenzia.

Il-Prim Ministru qal li huwa l-ghan dikjarat tal-Gvern li jrawwem lil Malta bhala wiehed mic-centri ewlenin Ewropej li joholqu s-servizzi u l-prodotti finanzjarji regolati u incentivati. Dr. Sant qal li dan huwa negozju globali li qieghed jespandi, jinbidel u jimxi 'l quddiem tabilhaqq. L-istruttura legislattiva modernizzata u l-istruttura legali taghna ghandhom ikomplu jissahhu u jekk ikun mehtieg aggustati biex ilahhqu b'mod aktar effikaci mad-domanda tal-klijenti Ewropej u mid-dinja kollha.

Hija l-fehma tal-Gvern li l-allinjament ta' Malta bhalissa fejn jidhlu r-relazzjonijiet, il-politika u l-ambizzjonijiet barranin taghha ghandu jsahhah u jtejjeb il-kompetittivita u l-espansjoni potenzjali tal-hila ta' Malta fis-servizzi finanzjarji.

Il-Ministru tal-Finanzi qal li huwa cert li l-Kumitat bin-nies ta' kompetenza professjonali maghrufa u esperjenza vasta se jaghmel ezercizzju analitiku u professjonali li jghin bil-kbir lit-titjib ta' l-istatura u l-attrattiva ta' Malta fil-qasam globali tal-kummerc internazzjonali, tas-servizzi ta' l-investiment, tal-banek internazzjonali, il-qasam ta' l-assigurazzjoni, it-tqassim tal-flus, it-tassazzjoni u l-qasam finanzjarju u marittimu ingenerali. Ix-xoghol ta' dan il-kumitat huwa mistenni li jishaq fuq grad gholi ta' kompetittivita fl-oqsma kollha u fit-trawwim ta' ambjent dhuli, izda b'regoli ta' l-azzar u jnebbah il-gejjieni mimli gid tieghu.

Is-Sur Paul Zahra inhatar Segretarju tal-Kumitat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow