Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex
pr1238
26/06/1997
Is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex jikkundanna bil-qawwa hsara konsiderevoli li saret fil-bokka tal-wied tax-Xlendi, bl-uzu ta' gaffa minn individwu privat. Is-Segretarjat ihoss li min dahal illegalment b'gaffa fil-wied tax-Xlendi u qabad iwitti l-bokka tal-wied, ghamel hsara kbira lill-ambjent tal-post, irrispettivament mid-drittijiet li ghandu fuq din l-art privata.
Fi zmien meta l-harsien ta' l-ambjent huwa ferm apprezzat mill-pubbliku, l-attitudni ta' min jagixxi b'dan il-mod illegali ma tigbed l-ebda simpatija. Ghaldaqstant is-Segretarjat ghal Ghawdex talab lid-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent u awtoritajiet ohra koncernati biex jiehdu l-passi kollha mehtiega dwar dan il-kaz.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901