F'nofs il-gimgha d-diehla jigu ippubblikati t-Tariffi Godda ta' Dazju
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li f'nofs il-gimgha d-diehla se jigu ippubblikati t-tariffi l-godda ta' dazji biex l-importaturi u n-nies fl-industrija tal-manifattura jkunu jistghu jorjentaw ruhhom ghas-Sistema gdida ta' Tassazzjoni li se tiehu post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju. Il-Prim Ministru qal dan meta dalghodu iltaqa' ma' manifatturi ta' l-industrija tal-ghamara fil-mahzen ta' l-injam ta' Bugeja Bros fil-Marsa. Ghal din il-laqgha attendew aktar minn 200 persuna involuta fl-importazzjoni u fl-industrija ta' l-ghamara li iddiskutew l-impatt li se thalli s-Sistema gdida mal-Prim Ministru.
Matul il-laqgha kien hemm diskussjoni twila dwar il-bzonn li l-gvern jezenta l-injam mastizz mid-dazju. Produtturi ta' l-ghamara enfasizzaw il-bzonn li l-industrija lokali tal-ghamara tkun aktar kompetittiva biex taghmel tajjeb ghall-ispejjez ta' materjal u 'labour costs' li zdititilha din l-industrija fl-ahhar sentejn. L-injam mastizz kien ezentat mid-Dazju
qabel dahlet it-Taxxa tal-VAT. Dawk prezenti qalu li jekk jigi ezentat l-injam mastizz ghandha torhos l-ghamara ghas-suq lokali. Huma qalu li 90% ta' l-injam mastizz jigi importat minn pajjizi barra l-Unjoni Ewropea. L-injam mastizz jigi importat l-aktar mill-Awstrija u minn pajjizi barra l-Unjoni Ewropea.
Sid ta' fabbrika ta' l-ghamara qal li kien qed jistenna t-tnehhija tal-VAT, izda enfasizza li m'ghandux ikun dazju fuq l-injam mastizz. Bis-sistema l-gdida il-konsumatur mhux se jibqa' jhallas 15% taxxa kif kien jaghmel bit-taxxa tal-VAT, izda jhallas biss 5% Sisa fuq il-Prodott (ETP). Din is-Sisa tingabar biss minghand dawk il-bejjiegha li jbieghu aktar minn Lm12,000. Dawk li ghandhom bejgh ta' anqas minn Lm12,000 fis-sena ma jiccargjawx ETP. Kien hemm qbil generali fost dawk prezenti li ezenzjoni fuq l-injam mastizz jaghmel l-industrija tal-ghamara aktar kompetittiva.
Il-Prim Ministru qal li l-industrija ta' l-ghamara mhi se thallas l-ebda dazju fuq il-materja prima li timporta ghall-esportazzjoni. Dr. Alfred Sant qal li huwa fl-interess ta' dawk fl-industrija ta' l-ghamara li jaghzlu l-oqsma ta' produzzjoni li huma l-aktar kompetittivi ghall-produzzjoni. Il-Prim Ministru ta ezempji ta' ditti lokali li diga' qeghdin jaghmlu hekk u li hemm minnhom li huwa imqabbad sew fl-esportazzjoni ta' ghamara minn pajjizna.
Il-Prim Ministru qal li se jibqghu l-'levies' fuq l-ghamara li tigi importata minn barra u qal li d-Dwana se tkun aktar attenta ghall-kuntrabandu. Dr.Sant qal li huwa tal-fehma li l-'Board of Standards' ghandu jibqa' jinvestiga x'tip ta' ghamara tigi importata biex jigi imhares il-konsumatur. Manifatturi ta' l-ghamara li fl-istess hin jimportaw l- ghamara minn barra qalu li l-ghamara ta' Malta hija aktar b'sahhitha u sservi aktar, izda qal li sfortunatament issib min jippreferi ta' barra, sempliciment ghax tigi importata minn barra.
Dawk prezenti tkellmu dwar il-bzonn li tigi inkoraggita l-industrija ta' l-ghamara. Kien hemm min ilmenta min-nuqqas ta' spazju biex ikun jista' jesporta ghamara barra minn Malta. Ohrajn ilmentaw mill-burokrazija zejda biex il-fabbriki taghhom jkollhom il-permessi mehtiega mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Il-Prim Ministru kien milqugh mis-sur John Bugeja ta' Bugeja Bros li hadu l-inizjattiva biex ilaqqghu lil dawk prezenti mal-Prim Ministru dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Is-sur Bugeja dawwar lill-Prim Ministru mal-mahzen tal-kumpanija fejn il-Prim Ministru seta' jara t-tipi differenti ta' injam importat minn barra.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901