Il-Vici Prim Ministru George Vella f'tahditiet fl-Istati Uniti
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, nhar it-Tlieta se jmur New York biex jindirizza d-Dsatax-il Sessjoni Specjali ta' l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda. Din is-Sessjoni, li se tiltaqa' bejn it-23 u s-27 ta' Gunju 1997, se tinzamm biex taghti harsa kritika fuq l-implementazzjoni ta' Agenda 21, li l-Konferenza tal-Gnus Maghquda fuq l-Ambjent u l-Izvilupp (UNCED) kienet addottat f'Rio de Janeiro fl-1992.
Kif ikun New York , il-Vici Prim Ministru se jiltaqa' mal-Komunita' Maltija f'din il-belt.
Minn New York, Dr Vella se jibqa' sejjer Washington D.C. ghal laqgha ma' Alexander Vershbow, li huwa l-Assistent Specjali tal-President Clinton u Senior Director ghall-Affarijiet Ewropej fin-National Security Council . Dr Vella se jkollu wkoll tahditiet mas-Sotto-Segretarju ta' l-Istat ghall-Affarijiet Politici, Thomas Pickering.
Dr Vella se jkun intervistat minn Stephen Rosenberg, id-Deputat Editur tal-Pagna Editorjali tal-Washington Post, kif ukoll se jaghmel tahdita fin-National Press Club fuq "Il-Politika Ewro-Mediterranja Maltija."
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901