Left arrow Go Back

Is-Sistema l-gdida ta' tassazzjoni taghti spazju shih ghal aktar zvilupp ekonomiku u socjali

pr1200
Date Icon 20/06/1997

Il-Prim Ministru qal li s-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni se tkun ta' beneficcju ghall-attivita' kummercjali u ekonomika ta' pajjizna ghaliex tirrifletti r-realta' tal-kummerc f'pajjizna u se taghti spazju shih ghal aktar zvilupp ekonomiku u socjali.

Il-Prim Ministru qal dan meta kien qed jitkellem fil-Lukanda Wignacourt, l-Imriehel fl-ahhar minn sensiela ta' laqghat ta' informazzjoni ghas-'self-employed' dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li se tiehu post it-Taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li gej.

Is-Sistema l-Gdida hija mahsuba biex taghti stimulu lin-negozji z-zghar. Il-Prim Ministru qal li barra li dawn in-negozji intlaqtu hazin bit-Taxxa tal-VAT, dawn diga' ghandhom kompetizzjoni minn negozji kbar. Bis-Sistema l-Gdida r-retailers (il-bejjiegha bl-imnut) mhux se jibqghu kolletturi tat-taxxa kif kienu bit-Taxxa tal-VAT. Dawk kollha li jbighu xi prodott - fosthom grocers,ironmongers u stationers - mhumiex se jibqghu jigbru 15% taxxa minn fuq il- konsumatur ghall-Gvern. Bis-Sistema Gdida dawn se jibdew jevitaw ix-xoghol zejjed amministrattiv tat-Taxxa tal-VAT u anke jiffrankaw spejjez zejda biex imexxu l-karti li kienu jaghmlu bit-taxxa tal-VAT.

Dawk il-bejjiegha ta' servizzi - li jvarjaw minn bajjada, electricians ghal dawk li jsewwu l-fridges u l-washing machines - mhux se jibqghu jigbru 15% VAT minn fuq il-konsumatur. Biex jigu inkoraggiti dawk il-bejjiegha z-zghar li m'ghandhomx bejgh ta'servizzi ta' aktar minn Lm6,000 fis-sena mhux se jiccargjaw Sisa ta' 5% fuq is-Servizzi (ETS). Dan ghandu jghin biex il-bejjiegha tas-servizzi jsiru aktar kompetittivi fis-suq lokali.

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li rari f'pajjizna kien hemm daqstant konsultazzjoni ma' l-ghaqdiet tan-negozju u tal-kummerc daqs kemm sar fl-ahhar xhur dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Fil-granet li gejjin se jkun hemm ufficcjali tad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa fuq l-istazzjonijiet tat-Televizjoni u tar-Radjijiet biex jaghtu aktar informazzjoni dwar it-thaddim tas-Sistema l-Gdida. Dawk li jkollhom bzonn aktar informazzjoni jistghu jikkuntattjaw il-Freephone 160.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow