Left arrow Go Back

Aktar laqghat ta' informazzjoni dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni

pr1193
Date Icon 19/06/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li akkost li l-Gvern jigi ikkritikat dwar il-konsultazzjoni mal-Korpi Kostitwiti, xorta se jibqa' dispost fil-process li jikkonsulta dwar l-oqsma kollha li jolqtu s-setturi ta' l-industrija u tal-kummerc.

Il-Prim Ministru li kien qed jitkellem waqt laqgha ohra ta' informazzjoni ghas-'self-employed' fil-Lukanda Jerma f'Wied il-Ghajn qal li dalwaqt tohrog il-verzjoni finali tal-Avvizi Legali l-godda li jibdew jigu implimentati mal-Ligi gdida ta' Taxxa tad-Dwana u Sisa.

Il-Prim Ministru qal li sa l-ahhar ta' din il-gimgha irid jigi deciz liema prodotti ta' materja prima ghall-industrija jigu ezentati. Dr. Alfred Sant qal li fl-ahhar ghaxar gimghat il-Gvern baqa' f'konsultazzjoni diretta mal-Korpi Kostitwiti kollha biex il-Ligi l-Gdida titwettaq bl-aktar mod efficjenti fl-interess tal-kommunita' kummercjali u industrijali, tal-konsumatur u tas-socjeta' Maltija.

Il-Prim Ministru qal li fl-ahhar granet kienu ghaddejjin diskussjonijiet dwar ezenzjonijiet fuq materja prima li tigi importata mill-industriji lokali. Dr. Sant qal li l-Gvern kien qed jistenna l-proposti mill-Federazzjoni ta' l-Industriji dwar ezenzjonijiet fuq materja prima, izda l-FOI qalet li jew ikun hemm ezenzjonijiet fuq il-materja prima kollha importata jew inkella ma tressaq xejn.

Il-Gvern, qal il-Prim Ministru, ma qiesx li din kienet qaghda ragjonevoli. Industrijalisti lokali bhalissa qeghdin f'diskussjonijiet mal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp u mal-Gvern dwar dawn l-ezenzjonijiet.

Il-Prim Ministru tkellem dwar it-threshold ta' Lm6,000 fuq servizzi u Lm12,000 fuq prodotti. Dr. Sant qal li s-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni inhadmet fuq din il-bazi biex tkun ta' inkoraggiment ghan-negozji z-zghar. Il-Gvern, qal il-Prim Ministru, huwa impenjat li jaghti n-nifs lil dawk il-familji li jghixu minn negozji z-zghar, specjalment bil-kompetizzjoni li diga' tezisti ghalihom minn negozji l-kbar.

Il-Prim Ministru qal li s-Sistema l-Gdida ghandha tohloq stabbilita' fil-prezzijiet u qal li hemm diversi kazi fejn il-prezzijiet ghandhom jinzlu 'l isfel. Dr. Sant semma bhala ezempji x-xorb alkoholiku li jinbigh mill-hwienet, il-prodotti tal-kosmetika u servizzi li bit-Taxxa tal-VAT kienu jintaxxaw lill-konsumatur 15% zejda. Bis-Sistema l-Gdida dawk li joffru servizz u ma jkollhomx bejgh ta' aktar minn Lm6,000 mhux se jiccargjaw ETP, waqt li dawk li jaqbzu din is-somma izomm 5% ETP. Dr. Sant qal li l-konsumatur m'ghandux jaccetta li jkun hemm min japprofitta ruhu mis-Sistema l-Gdida. Il-Gvern hadem struttura sabiex dawn l-abbuzi jigu investigati . Wara certu xnighat li bdew jiccirkolaw dwar zjidiet fil-prezzijiet tal-prodotti tal-kosmetika, diga' dan is-settur qed jigi mistharreg.

Il-Prim Ministru qal li ghal dan il-ghan il-Gvern se jwaqqaf 'Task Force' temporanja fil-granet ta' qabel u wara l-1 ta' Lulju li gej biex tissorvelja dak li jkun qed jigri fil-prezzijiet waqt l-implimentazzjoni tas-Sistema l-Gdida. Dr. Sant qal li l-ghan tal-Gvern huwa li l-Ligi l-Gdida ta' Tassazzjoni titwettaq bl-aktar mod gust u ghall-gid ta' kulhadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow