Laqghat mas-"Self-Employed" dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni
Il-laqgha li jmiss fis-sensiela ta' laqghat ta' informazzjoni dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni ghas-Self-Employed u n-negozjanti mill-inhawi ta' Birkirkara u Santa Venera, se tkun ghada, il-Hamis, 19 ta' Gunju 1997, fil-Wignacourt Hotel, Triq B Bontadini, Birkirkara.
Dawn il-laqghat ikunu mmexxija mill-Prim Ministru Dr Alfred Sant, mis-Sur Leo Brincat, Ministru tal-Finanzi u Kummerc, u mis-Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed Dr Gavin Gulia, flimkien ma' ufficjali mill-Ministeru tal-Finanzi.
Il-laqgha tiftah b'intervent qasir mill-Prim Ministru li, wara, jistieden lil dawk prezenti fis-sala biex jaghmlu l-mistoqsijiet taghhom.
Dawn il-laqghat ghandhom ikunu ta' ghajnuna biex is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni tibda tithaddem b'efficjenza.
Il-laqgha tibda fis-7.30 p.m.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901