Laqghat ta' Informazzjoni ghan-Negozjanti dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni
Minn nhar il-Hadd li gej il-Gvern se jibda sensiela ta' laqghat fejn ufficcjali mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa se jkunu qeghdin izuru diversi centri f'Malta u f'Ghawdex biex jispjegaw is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li se tiehu post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li gej.
Nhar il-Hadd se jsiru zewg laqghat ta' din ix-xorta fl-Iskejjel Primarji tal-Furjana u ta' Hal Qormi mahsuba primarjament ghan-negozjanti z-zghar tal-Belt u l-Furjana u ghan-negozjanti z-zghar ta' Hal Qormi, Haz Zebbug, is-Siggiewi u Hal Luqa rispettivament. Il-laqghat jibdew fid-disgha ta' filghodu u jibqghu sejrin sa nofsinhar.
Dawn il-laqghat ta' informazzjoni se jikkoncentraw fuq l-aspetti teknici u legali tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. It-tahditiet se jinkludu taghrif fuq ir-registrazzjoni taht il-Ligi; il-mili tad-Denunzja (Return); Il-hlas ta' taxxa dovuta; x'kotba u records ghandhom jinzammu skond il-Ligi; u x'refunds huma intitolati ghalihom certu operaturi ta' negozju.
In-negozjanti z-zghar li jghixu fil-lokalitajiet imsemmija qeghdin jigu mistiedna jattendu ghal dawn il-laqghat li fihom ikunu jistghu jaghmlu l-mistoqsijiet biex jigu iccarati xi diffikultajiet li jista' jkollhom.
Ma' din l-istqarrija qed titqassam ukoll kopja tal-programm ta' laqghat dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni.
IS-SISTEMA GDIDA TA' TASSAZZJONI
PROGRAMM TA' TAHDITIET FUQ PROCEDURA AMMINISTRATTIVA
GHAL OPERATURI TA' NEGOZJU
MINN
UFFICJALI MID-DIPARTIMENT TAT-TAXXA, DWANA U SISA
| 15 ta' Gunju | Floriana | Primary School | Triq San Tumas |
| 15 ta' Gunju | Qormi | Primary School | Triq Manwel Dimech |
| 22 ta' Gunju | Mosta | Girls' Secondary School | Triq Wied il-Ghasel |
| 22 ta' Gunju | Vittoriosa | Primary School | Triq San Dwardu |
| 29 ta' Gunju | Rabat (Gozo) | Boys' Junior Lyceum | Triq Fortunato Mizzi |
| 29 ta' Gunju | Paola | Boys' Secondary School | Triq Guze' d'Amato |
| 6 ta' Lulju | Birkirkara | Girls' Secondary School | Triq Paris |
| 6 ta' Lulju | Zabbar | Primary School | Triq Tumas Dingli |
| 13 ta' Lulju | Rabat (Malta) | Sala Parrokjali | Hdejn il-Knisja ta' San Pawl |
| 13 ta' Lulju | Zejtun | Girls' Junior Lyceum | Triq Luqa Briffa |
| 20 ta' Lulju | Zurrieq | Boys' Secondary School | Triq Santa Katerina |
| 20 ta' Lulju | San Pawl il-Bahar | Boys' Primary School | Triq San Guzepp |
| 27 ta' Lulju | Hamrun | Junior Lyceum | Triq Wenzu Mallia |
| 27 ta' Lulju | Sliema | Primary School | Triq Blanche Huber |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901