Left arrow Go Back

Dr. Gavin Gulia jiltaqa' mal-Federation of Small Businesses tar-Renju Unit

pr1144
Date Icon 12/06/1997

Ið-Chairperson tal-Federation of Small Businesses tar-Renju Unit, Pam McAlister, waqt laqæa li kellha mas-Segretarju Parlamentari æas-Self-Employed, Dr. Gavin Gulia, faóóret l-inizjattivi u l-æajnuniet li l-Gvern Malti qçæed iwettaq æall-benefiððju tan-neguzjanti ú-úæar. Hija semmiet l-æajnuna finanzjarja li ser tinæata lis-sole trader permezz ta' l-emendi li saru dan l-aóóar lill-Att dwar l-Iúvilupp Industrijali, kif ukoll l-isforzi li qeædin isiru sabiex id-drittijiet soðjali tas-self-employed ikunu dejjem aííornati u jirriflettu l-búonnijiet attwali ta' dan is-settur, b'referenza æall-Kummissjoni li twaqqfet apposta.

Dr. Gulia qal li l-Gvern æandu obbligu soðjali li jiúgura li tinæata kull æajnuna meótieía sabiex is-settur ikompli jikber u jitkattar, iúda tenna li wieóed æandu wkoll ikun imóarreí tajjeb fil-óila maniíerjali biex jaæmel l-aójar uúu possibli mill-æajnuniet li jista jaætih il-Gvern. Huwa sostna li neguzjant, partikolarment dak úæir, æandu ióejji ruóu tajjeb fit-taórií biex ikollu viújoni aójar tan-negozju li jkun qieæed imexxi. Huwa kompla jæid li íeneralment it-tkabbir tan-negozju jirriffletti l-mod kif in-negozju jkun qieæed jiíi amministrat mill-operatur tieæu.

Dr. Gulia qal li jrid jara aktar nies li jixtiequ, jew qeædin, jaódmu æal rashom jersqu aktar lejn it-taórií fil-óila maniíerjali. Huwa semma kif, flimkien mal-Ministeru tal-Óarsien Soðjali u l-ETC, íew re-organizzati fi skema apposta korsijiet fil-óila maniíerjali sabiex kemm in-neguzjant kif ukoll l-impjegati tieæu jkollhom inqas diffikulta' biex jattendu góal dawn il-korsijiet. Huwa tenna li b`riúultat ta` din l-iskema reía` qam interess f`dan it-taórií.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow