Ezenzjonijiet mill-E.T.I. jew mill-Levy
Il-Gvern qed jippubblika lista ta' oggetti ta' materja prima li ser jizdiedu ma dawk li diga' gew ezentati mit-Taxxa tas-Sisa fuq l-Importazzjoni (ETI) fil-Ligi l-Gdida tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa. Dan qed isir biex tkompli tizdied l-ghajnuna ghall-industrija lokali.
Dawn huma t-tipi ta' materja prima:
* tal-plastika f' forom primarji bhal trab u "granules" li jaqghu taht il- klassifikazzjoniet tad-dwana (HS Codes) minn HS 39.01 sa HS 39.15;
* tal-gilda mhix mahduma li jaqghu taht il-kapitlu 41 ta' l-HS;
* injam mhux mahdum li jaqa' taht il-klassifikazzjioni HS 44.03;
* karta li taqa' taht il-klassifikazzjoni HS 48.01 u HS 48.02.
Qed tigi wkoll ippubblikata lista ta' oggetti li minn fuqhom ser titnehha l-levy. Dan qed isir ghaliex inhass li l-levy mhix qed tipprovdi protezzjoni adegwata. Minflok il-levy dawn l-oggetti ser ikunu soggetti ghall-E.T.I.
Dawn huma:
HS 4808.10.00.10 "corrugated paper and paper-board in sheets"
HS 4817.10.00.00 "envelopes"
HS 4819.30.00.10 u HS 4819.40.00.10 "paper bags"
HS 4819.60.00.10 "box files"
HS 4823.51.90.10 u HS 4823.59.90.10 "file refills, analysis sheets, foolscaps, index cards"
HS 6810.19.90.10 u HS 6810.99.00.10 "marble, agglomerate in slabs, sheets and the like"
HS 7009.91.00.20 u HS 7009.92.00.10 "mirrors, glass, backed or framed"
HS 9405.10.99.10 u HS 9405.40.95.00 "fluorescent light fittings"
HS 70.13 "glassware made of cut glass and decorative glass"
HS 73.14 "wire mesh for concrete reinforcement"
Dawn iz-zewg listi gew diskussi fil-laqgha bejn rapprezentanti tal-Federazzjoni ta' l-Industrija u tal-Gvern nhar il-Hamis 5 ta' Gunju.
Qed tigi ukoll ippubblikata lista ta' oggetti ohra li ser jizdiedu, rispettivament, mal-listi ta' "taghmir kapitali industrijali" u "oggetti li jintuzaw biss fl-agrikoltura u sajd" fil-Ligi l-Gdida. Dawn l-oggetti ukoll ser ikunu ezentati mill-E.T.I.
Taghmir kapitali industrijali:
HS 8452.21.00.00 u HS 8452.29.00.00 "other sewing machines, not of the household type"
Oggetti li jintuzaw biss fl-agrikoltura u sajd:
HS 3917.10.10.00 , HS 3917.10.90.00 u HS 3917.32.91.00 "sausage casings"
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901