Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex jzur lil Gozo Football Association
Fi zjara li ghamel lill-Kunsill tal-Gozo Football Association (GFA), is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo rrefera ghall-izvilupp li sehh fil-football Ghawdxi u qal li s-Segretarjat tieghu se jkompli jghin biex clubs tal- football madwar Ghawdex itejbu l-facilitajiet taghhom.
Il-GFA qed ticcelebra gheluq is-sittin sena mit-twaqqif taghha fi kwartieri godda li tlestew dan l-ahhar ma' genb il-Gozo Stadium. Il-President tal-GFA, Dr Chris Said, qal li l-kwartieri huma miftuha wkoll ghall-pubbliku li jista' jissieheb u juza l-facilitajiet tal-gym li nbena. Dr Said irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex ghall-ghajnuna moghtija mis-Segretarjat fil-progetti tal-GFA.
F'din il-laqgha gew imhabbra wkoll l-unuri tal-players ghal dan l-istagun u li l-premjijiet taghhom ghandhom jigu pprezentati minn Dr Anton Refalo nnifsu f'cerimonja li se ssir dalwaqt.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901