Left arrow Go Back

Laqghat mas-Self-Employed dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni

pr1113
Date Icon 09/06/1997

Bhalma digĂ  habbar il-Gvern it-taxxa tal-VAT se titnehha mill-1 ta' Lulju 1997.

Biex is-sistema tidhol fis-sehh bl-anqas diffikultajiet possibbli, il-Gvern qed jorganizza sensiela ta' laqghat informattivi fil-bliet u rhula ta' Malta u Ghawdex.

Ghada t-Tlieta, 10 ta' Gunju 1997, il-Prim Ministru Dr Alfred Sant se jiltaqa' mas-self-employed mill-inhawi ta' Kirkop, Mqabba, Qrendi, Safi u Zurrieq. Il-laqgha ssir fil-Calypso Hall, Vjal il-Blue Grotto, Zurrieq u tibda fis-7.30 p.m.

F'dawn il-laqghat il-Prim Ministru jispjega x'forma se tiehu s-sistema l-gdida ta' tassazzjoni u wara jwiegeb il-mistoqsijiet li dawk prezenti jistghu jaghmlulu.

Il-laqgha ta' ghada se tkun is-seba' wahda f'din is-sensiela. Hu mistenni li fiha l-Prim Ministru jkun meghjun mis-Sur Leo Brincat, Ministru tal-Finanzi u Kummerc, minn Dr. Gavin Gulia, Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed u minn ufficjali tal-Ministeru tal-Finanzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow