Left arrow Go Back

Sistema kompjuterizzata ghall-ippjanar ta' xoghlijiet fid-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni

pr1088
Date Icon 05/06/1997

L-ghan ta' Sistema Kompjuterizzata ghall-Ippjanar tax-Xoghlijiet fid-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni huwa li timmaniggja t-twettiq tal-progetti infrastrutturali li jkun se jwettaq il-Ministeru. B'din is-sistema, kull dipartiment ikun ikkontrollat b'qafas ta' xoghol li jghinu jimxi b'mod aktar effettiv.

Dan hareg minn seminar organizzat mid-Divizjoni tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni. Is-seminar kellu l-ghan li jispjega lill-haddiema kif se tahdem din is-sistema fid-Dipartimenti tal-Ministeru. Fis-seminar hadu sehem id-Direttur Generali l-Perit Vince Cassar, is-Sinjorina Natasha Pantovic mill-Management Efficiency Unit, is-Sinjorina Marisa Borg Grech mill-Management Systems Unit u s-Sur Paul Ciantar mill-Construction and Maintenance Unit.

Is-Sistema Kompjuterizzata tinvolvi r-registrazzjoni u l-ippjanar tax-xoghlijiet, sew mill-lat amministrattiv, kif ukoll minn dak finanzjarju u mill-lat ta' workload u produzzjoni. Is-sistema se tiehu hsieb li tigbor in-nies mid-direct labour force ta' kull dipartiment u tallokalhom xoghlijiet specifici fuq progetti partikulari. Din is-sistema ghandha tiehu hsieb ukoll in-nefqa tax-xoghol, tal-materjal u ta'

l-ingenji.

Il-vantagg ta' din is-sistema hi li b'hekk sew ir-rizorsi umani kif ukoll ir-rizorsi teknici u dawk finanzjarji ta' kull dipartiment jkunu allokati b'mod responsabbli biex b'hekk id-dipartimenti jimxu b'mod efficjenti u jkun hemm immaniggjar ta' hin ahjar.

Id-dipartimenti fi hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici involuti f'din is-sistema huma d-Dipartiment tal-Manufacturing and Services, l-Construction and Maintenance Department, id-Dipartiment tad-Drenagg, id-Dipartiment tat-Toroq, id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Kostruzzjoni u l-Progetti ta' Riabilitazzjoni, u d-Dipartiment tal-Waste Management Strategy Implementation.

Fl-gheluq tas-seminar, il-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni l-Perit Charles Buhagiar qal li l-ghan ta' dan is-seminar hu li tittejjeb il-performance tal-haddiema. Huwa qal li r-reputazzjoni li ghandhom il-haddiema tax-Xoghlijiet Pubblici hija kemmxejn wahda negattiva imma l-progett ta' Bugibba wera li dawn l-istess haddiema jafu jahdmu bis-serjeta.

Huwa qal li s-sistema li se tiddahhal sejra tghin hafna biex timmotiva lill-haddiema u taghtihom aktar incentivi specjalment issa li l-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni gie fdat bil-kariga ta' Project Manager tal-progetti kollha li ser iwettaq il-gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow