Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Anton Refalo jiltaqa' mal-Kumitat tar-Rahhala

pr0549
Date Icon 28/03/1997

Is-Segretarju Parlamanetari ghal Ghawdex l-Onor Dr. Refalo kellu l-ewwel laqgha mal-Kumitat tar-rahhala fir-razzett Esperimentali tal-Gvern fix-Xewkija Ghawdex.

Mill-interventi taghhom ir-rahhala spjegaw il-problemi ewlenin li qed ihabbtu wicchom maghhom fosthom il-bejgh tac-canga lis-sensar. Dawn qeghdin jitolbu prezz garantit bhal fil-kaz kif tigi imhaddma is-sistema tal-majjali, jigifieri il-Gvern jixtrih min ghand ir-rahhala bi prezz garantit, skond il-grading tal-veterinarju tal-Gvern.

Fuq inizjattiva ta' Dr Refalo ghandha tigi migbura lista ta' bzonnijiet li jezistu fl-irziezet tar-rahhala, biex eventwalment tigi imressqa lill-Awtorita ta' l-Ippjanar.

Gie diskuss anke kif permezz ta' hatra ta' Bord maghmul min diversi ufficjali tad-Dipartimenti tal-Gvern ikkoncernati taht is-sorveljanza tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex tista' tigi iddentifikata area bi skop ta' bini ta' rziezet ghal dawk ir-rahhala bla permess.

Dr Refalo wieghed lir-rahhala kull ghajnuna possibli u jinsab f'hidma maghhom biex certi problemi jistghu jigu eliminati matul il-laqghat li gejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

More Press Releases Right arrow