Left arrow Go Back

L-Ambaxxatur ta' Franza ghal Malta jzur lill-Ministru ghad-Djar

pr0548
Date Icon 28/03/1997

L-Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Franza, Mr. Patrick Amiot, illum wara nofsinhar ghamel zjara ta' kortesija lill-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli. L-Ambaxxatur wera interess kbir fil-hidma li qieghed iwettaq il-Ministeru fil-qasam tal-housing.

Il-Ministru qal li l-Ministeru wiret eluf ta' applikanti li jridu akkomodazzjoni alternattiva. Huwa qal li fost dawn hemm nies li jinsabu verament fil-bzonn peress li qieghdin jghixu f'kondizzjonijiet hziena.

Huwa sostna li biex tittaffa din il-problema, il-Ministeru qieghed ukoll jistieden lis-sidien privati ta' proprjeta' battala biex jigu 'l quddiem bil-proposti taghhom dwar x'jahsbu li huma l-ahjar kondizzjonijiet biex jiddisponu mill-proprjeta' taghhom ghal skopijiet ta' housing.

Il-Ministru fisser lill-Ambaxxatur il-politika tal-Gvern. Il-Ministru jinsisti li min jiflah jibni jew jixtri hu, ghandu jaghmel dan hu u mhux il-Gvern, inkella l-element ta' gustizzja socjali jispicca. L-Ambaxxatur wera x-xewqa li jigu esplorati xi tip ta' koperazzjoni bejn Malta u Franza fil-qasam tal-housing.

Prezenti waqt din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

More Press Releases Right arrow