Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent

pr0534
Date Icon 25/03/1997

Waqt iz-zjara li l-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella, ghamel fil-Germanja bejn il-11 u t-13 ta' dan ix-xahar, fejn iltaqa', fost ohrajn, mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz, Klaus Kinkel, il-gurnalista Karl Stagno-Navarra ta' "In-Nazzjon" irraporta li "diversi gurnali influwenti Germanizi kellhom ton negattiv ghall-istil ta' politika Ewropea li ntghazlet mill-Gvern Laburista."

Wara l-Konferenza Stampa li ta fil-Ministeru tieghu l-ghada li rritorna mill-Germanja, il-Vici Prim Ministru talab lis-Sur Stagno-Navarra biex jindikalu liema kienu l-gurnali msemmija fir-rapport tieghu. Is-Sur Stagno-Navarra semma' l-gurnali "Der Spiegel" u "Frankfurter Algemeine". Huwa wieghed li jibghat kopji ta' dawn l-artikli lill-Vici Prim Ministru.

Sal-lum, minkejja li l-Ministeru kkuntattja lis-Sur Stagno-Navarra diversi drabi, dawn l-"artikli" ghadhom ma ntbaghtux lill-Vici Prim Ministru.

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent ikkuntattja lill-Ambaxxata Maltija f'Bonn u anki lill-Ambaxxata Germaniza f'Malta izda hadd ma rnexxielu jsib dawn l-"artikli" li "ikkwota" s-Sur Stagno-Navarra. Fil-fatt, l-unika rappurtagg fl-istampa Germaniza kienet intervista li saret mal-Ministru mill-gurnal "Bonner General Anzeiger", li huwa meqjus bhala gurnal influwenti hafna fost id-diplomatici u ufficjali gholja f'Bonn (li t-test tieghu gie ppubblikat hawn Malta) u li fiha ma kien hemm ebda kummenti negattivi min-naha ta' dan il-gurnal.

Dan kollu juri li l-"artikli" m'huma xejn hlief invenzjoni tas-Sur Stagno-Navarra, li bl-atteggjament tieghu wera nuqqas kbir ta' professjonalità gurnalistika, kif ukoll nuqqas ta' etika, u nuqqas ta' rispett lejn il-poplu Malti in generali u l-qarrejja tal- gurnal "In-Nazzjon" b'mod partikolari.

Dan it-tip ta' kredibbilita' tas-Sur Stagno-Navarra hija bizzejjed biex wiehed ma joqghodx jinhela jikkoregi l-kumplament ta' l-allegazzjonijiet bla bazi li saru fl-artiklu in kwistjoni ("In-Nazzjon", 13 ta' Marzu, 1997).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

More Press Releases Right arrow