Premjazzjoni ta' Sportivi Ghawdxin
Recentement, fil-Kumpless Sportiv ta' Ghawdex, saret id-disa edizzjoni ta' l-Ghazliet Sportivi Ghawdxin 96. Din is-serata inzammet taht il-Patrocinju tas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor. Anton Refalo. F'dawn l-Ghazliet gew onorati dawk l-Isportivi kollha Ghawdxin li ddistingwew ruhhom matul is-sena 1996. Ghal din l-edizzjoni giet introdotta sistema gdida elettronika billi r-ritratti u profili tal-atleti nominati gew progettati fuq screen kbir imwaqqaf apposta. Din is-sistema tat dehra iktar moderna u professjonali lill-Konkors.
Il-Konkors kien imqassam f'sitt kategoriji.
Ir-rizultati huma hekk
Kategorija Zaghzugha Promettenti tas-Sena
Rebbieha: Catherine Camilleri (Football) - 79 punt
Rebecca Pisani (Basketball) - 72 punt
Josall Said (Volleyball) - 62 punt
Stephanie Mizzi (Spirit Combat)- 57 punt
Kategorija Zaghzugh Promettenti tas-Sena
Rebbieh: Omar Said (Basketball) - 73 punt
Kevin Mizzi (Waterpolo) - 69 punt
It-tielet post ta' din l-Kategorija gie maqsum bejn Anthony Attard (Spirit Combat) u Elton Vella (Football) b'puntegg ta' 64 punt kull wiehed.
Kategorija: Ufficcjal tas-Sena
Rebbieh: Emanuel Mizzi (Basketball) 67 punt
Joseph Attard (Sparar fuq Plattini)-65punt
Mario Saliba (Kick-Boxing) 64 punt
Eucharist Camilleri(Football) 60 punt
Mary Josette Portelli (Volleyball) 59punt
Kategorija: Tim tas-Sena
Tim Rebbieh: Gozo Beach Volley (Mark Buttigieg
u Angelo Bonello) 74 punt
Gozo F.C. (Nisa) 71 punt
Gozo Reebok Basketball Nisa 63 punt
Nadur Youngsters F.C. 62 punt
Kategorija: Sportiva Tas-Sena
Rebbieha: Jennifer Camilleri (Volleyball) 77 punt
Fit-tieni post gew Sylvia Portelli
(Basketball) u Rachel Saliba (Football)
b'puntegg identiku ta' 69.
Mary Rose Grech (Spirit Combat) 55 punt
Kategorija: Sportiv tas-Sena
Rebbieh: Sonny Borg(Atletika)
(ghat-tieni sena konsekuttiva) 77 punt
Mark Buttigieg (Volleyball) 68 punt
Paul Dimech (Waterpolo) 56 punt
Twanny Farrugia (Football) 53 punt
Brian Vella (Sparar fuq Plattini) 51 punt
Joe Vella (Basketball) 38 punt
Jason Meilaq (Spirit Combat) 35 punt
F'din l-okkazjoni gew moghtija Premju Specjali lil:Mark Galea Pace (Waterpolo) u lil Tonio Attard(Sparar fuq Plattini) ghas-success li dawn wettqu fid-dixxiplina sportiva taghhom matul l-1996.Is-Segretarju Parlamentari Dr. Anton Refalo ppresenta t-trofej lill-atleti kollha.
Fid-diskors ta' l-okkazjoni, Dr. Refalo qal illi l-Gvern huwa kommess illi jara l-isports f'Ghawdex jibqa jimxi l'quddiem u l-Gvern ser jaghti l-ghajnuna tieghu lill-Assocjazzjoniet Sportivi sabiex dawn ikomplu jissahhu.Dr.Refalo qal illi l-Gvern huwa mpenjat halli jkompli jibni fuq dak li diga sar, billi jtejjeb il-facilitajiet ga eziztenti bhal ma huma l-Kumpless Sportiv, il-Progett tax-Shooting Range kif ukoll il-Korsa taz-Zwiemel. Il-Gvern ser jaghmel pjan halli fil-futur qarib Ghawdex ikun jista jilqa izjed loghob kompettittiv fuq livell internazzjoniali. Dr. Refalo temm billi rringrazzja lill-atleti Sportivi Ghawdxin kollha tal-hegga u d-dedikazzjoni li huma juru u heggeg halli izjed zghazagh Ghawdxin jiehu sehem attiv f'xi dixxiplina spotiva. Huwa rringrazzja lill kull min ta' sehmu sabiex dan il-konkors ikun success.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894