Left arrow Go Back

Htiega ta' iktar taghrif dwar House Loans

pr0515
Date Icon 21/03/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, appella lill-Banek u Istituzzjonijiet Finanzjarji biex waqt li jaghtu izjed pubblicita' dwar l-iskemi li ghandhom ta' "house loans", jaraw ukoll xi skemi ta' incentivi jistghu joffru biex aktar nies jidhlu biex jibnu jew jixtru id-dar taghhom privatament. Dan bil-ghan li s-settur privat jigi imhajjar aktar halli johrog il-proprjeta' tieghu fis-suq, billi biex tigi indirizzata il-htiega ta' housing, huwa mehtieg u mixtieq is-sehem tal-privat

Il-Ministru qal illi skemi ta' ghajnuna jistghu jigu imfassla anke ghal dawk li jridu jixtru d-djar qodma tal-privat biex b'hekk, waqt li ma' jithallewx lokalitajiet isiru cimiterju, wiehed ikun qieghed ukoll jibza' ghall-art.

Il-Ministru ghamel dan l-appell waqt laqgha li kellu mac-Chairman tal-APS Bank, is-Sur Alfred Farrugia, fil-Ministeru, Beltissebh. Is-Sur Farrugia gharaf il-validita' ta' dak li qal il-Ministru.

Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, il-Konsulent tal-Ministru Dr. Stefan Buontempo, id-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali s-Sur Carmel Esposito, il-General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar is-Sur Victor Sciberras Grioli u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

More Press Releases Right arrow