Traduzzjoni Maltija ta' Shakespeare ipprezentata lill-Prim Ministru
Is-Sur Alfred Palma ipprezenta lill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant kopja ta' l-ewwel seba' drammi ta' William Shakespeare li qaleb ghall-Malti. Is-sur Palma qed jittraduci d-drammi kollha ta' Shakespeare b'Malti letterarju ricerkat li jixhed il-livell gholi tal-letteratura Maltija. Il-prezentazzjoni saret fl-ufficcju tal-Prim Ministru fil-Parlament.
Il-Prim Ministru qal li xoghlijiet bhal dawn jissoktaw juru li l-Malti huwa lsien li l-kultura u l-arti jistghu jinqdew bih bhalma jinqdew bil-lingwi Ewropej l-ohra. Dr. Sant qal li jixtieq jara aktar traduzzjonijiet mil-lingwi l-magguri ta' l-Ewropa li ilhom ilsna letterarji hafna qabel l-ilsien Malti. Il-Prim Ministru sahaq fuq il-htiega tal-Malti bhala lsien kulturali li bih il-gens Malti jzid jistaghna fil-livell u fil-qasam letterarju li bih ikun jista' jiehu sehem akbar fil-hajja kulturali dinjija.
Is-Sur Palma qal li jkun qieghed jitkellem f'isem il-kittieba u l-artisti Maltin kollha meta jghid li huwa kuntent li l-Prim Ministru huwa kittieb huwa innifsu u ghalhekk jifhem il-qofol u s-siwi tal-kittieba fil-hajja tal-pajjiz. Is-sur Palma qal li huwa dahal ghall-bicca xoghol iebsa li jaqleb id-drammi ta' Shakespeare ghax irid jaghti sehmu f'dan is-siwi ta' l-arti f'Malta. Is-Sur Palma qal li beda din il-bicca xoghol erba'snin ilu u bhalissa ghadu kemm temm ix-xoghol fuq it-tnax-il dramm 'Gulju Cesri'.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894