Laqghat tad-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent fil-Germanja
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, it-tabib George Vella, illum kellu laqghat f'Bonn fil-Germanja.
L-ewwel laqgha kienet mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Klaus Kinkel. Il-Laqgha saret fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz u ghaliha attendew ukoll ufficcjali gholja fl-ufficcju tal-Ministru Germanin, Kinkel.
F'Din il-laqgha gew diskussi ir-relazzjonijiet futuri ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, il-Konferenza Euro-Mediterranja li se ssir f'Malta f'April li gej, kif ukoll is-sitwazzjoni politika fil-Mediterran, b'accent specjali fuq il-problemi tal-Lvant Nofsani. Gew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg Pajjizi, u l-Ministru Kinkel wieghed l-akbar appogg lill-Gvern Malti ghall-politika gdida Ewropea tieghu, kif ukoll ghat-tishih tar-relazzjonijiet bilaterali futuri.
Il-Ministru Kinkel wieghed li se jattendi ghall-Konferenza Euro-Mediterranja f'Malta, u wera interess li jinzamm kuntatt mill-qrib bejn iz-zewg Pajjizi.
Laqgha ohra li kellu l-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu kienet ma' Dr Peter Hartmann, Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz.
Waqt ikla li ta ad unur tad-delegazzjoni Maltija, Dr Hartmann wera interess kbir fil-politika Meditterranja tal-Gvern Malti u saret diskussjoni twila fuq il-problemi li jezistu f'dan il-bahar u l-impatt li jista jkollhom fuq il-paci u l-istabbilita fil-Mediterran.
Il-Ministru Vella kellu laqgha ohra fil-bini tal-Parlament Germaniz ma' Dr. Karl Heinz Hornhues, Chairman tal-Kumitat tar-relazzjonijiet Barranin tal-Parlament Germaniz.
F'din il-laqgha kien hemm bdil ta' ideat dwar il-futur ta' l-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet li ghandha u jista jkollha ma' pajjizi ohra.
Iz-zjara tal-Ministru Vella f'Bonn tintemm ghada meta mistenni jkollu laqghat mal-Konsli ta' Malta fil-Germanja u membri ta' l-Oppozizzjoni Germaniza fuq il-Mediterran u d-Dinja Gharbija.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894