Kodici ta' prattika ghal Haddiema-Diretturi
Ser jitwaqqaf Kumitat Konsultattiv biex jipprepara "Kodici ta' Prattika" ghall-Haddiema-Diretturi. Dan il-Kumitat se jkun immexxi mill-Professur Edward Zammit u jkollu bhala membri lis-sinjuri Harold Walls, Albert Tabone u Godfrey Baldacchino.
Dan habbru Lino Spiteri, Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u Finanzi, waqt seminar ta' jumejn fuq it-tema "L-Esperjenza Maltija tal-Haddiem-Direttur".
Il-kuncett ta' haddiem-direttur dahal Malta daqs ghoxrin sena ilu, izda ha importanza gdida wara l-hatra fil-gimghat li ghaddew ta' haddiema-diretturi fuq il-bord ta' entitajiet pubblici jew parastatali, bhal Mid-Med Bank, PublicBroadcasting Services, Management Systems Unit, Sea Malta u Malta Freeport, kif ukoll wara l-emendi fil-ligi tat-Tarzna li hasbet biex ikun hemm erba' diretturi-haddiema fuq il-Kunsill.
Is-seminar kien organizzat mic-Centru ghall-Izvilupp tal-Partecipazzjoni tal-Haddiema ta' l-Universita' flimkien mal-Friedrich Ebert Stiftung. Attendew ghalih diretturi-haddiema, ex-diretturi-haddiema, trejd-unjonisti, managers, akademici u ohrajn.
L-ghan ewlieni ta' dan is-seminar kien li jgharbel ir-rwol tad-haddiema-diretturi billi jezamina l-esperjenzi taghhom fuq il-post tax-xoghol, l-istatus tal-pozizzjoni u l-kodici ta' etika li jridu jimxu maghhom. Dan is-seminar kien indirizzat ukoll minn Mr Hartmut Klein-Schneider, ricerkatur mal-Fondazzjoni Hans Bockler, li x-xoghol tieghu fil-qasam ta' l-izvilupp tar-rizorsi umani jgibu f'kuntatt qarib ma' diretturi-haddiema f'diversi kumpaniji mferrxa mal-Germanja kollha.
Il-qofol tas-seminar kienet diskussjoni minn panel maghmul mill-Ministru Lino Spiteri bhala l-Ministru responsabbli mir-relazzjonijiet industrijali, Dr Reno Borg u s-Sur Tony Xuereb, it-tnejn ex-Haddiema-Diretturi, u Dr Godfrey Baldacchino, lecturer fic-Centru ghall-Izvilupp tal-Partecipazzjoni tal-Haddiema fl-Universita. Ic-Chairman kien is-Sur Saviour Rizzo.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894