Left arrow Go Back

L-Avukat Edgar Mizzi jaghti pariri dwar il-Kaz ta' l-Inginier Farrugia f'San Raffaele u l-Bini ta' Busietta Gardens

pr0432
Date Icon 10/03/1997

L-Avukat Edgar Mizzi kiteb lill-Prim Ministru fis-7 ta' Marzu dwar zewg kazi imqajjma mill-Partit Laburista dwar il-bini ta' Busietta Gardens f'Wied id-Dies u l-konflitt ta' interess ta' l-Inginier Emmanuel Farrugia fil-kuntratt ta' l-Isptar San Raffaele.

Il-Prim Ministru kien kiteb lil Dr. Mizzi fis-17 ta' Jannar ta' din is-sena biex jirreferi ghal diversi kazi ta' allegata korruzzjoni, ta' abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ittihdux skond normi ta' responsabbilta', prudenza u accountability serja li kienu tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996. L-Avukat Mizzi diga' ta pariri lill-Prim Ministru fl-14 ta' Frar dwar l-istabbiliment McDonalds fis-Suq l-Antik ta' Birkirkara, kuntratt dirett minn Posta Ltd ghal Lm1,900,000 u l-operazzjoni bla permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Malta Fishfarming Ltd f'Marsaxlokk.

IL-BINI TA' BUSIETTA GARDENS

Dwar il-bini ta' Busietta Gardens f'Wied Id-Dies, l-Avukat Edgar Mizzi ta parir lill-Prim Ministru biex tigi imwaqqfa Kummissjoni (jew Bord) ta' Inkjesta. L-Avukat Mizzi qal li minhabba l-kwestjonijiet delikati, u anke legali, involuti, u wkoll minhabba l-fiducja tal-poplu Malti fl-Imhallfin, il-parir tieghu hu li l-Kummissjoni tkun maghmula minn Imhallef, jew Imhallef irtirat, bhala president u zewg membri ohra, li almenu wiehed minnhom ikun perit li ghandu esperjenza tas-sistema tal-hrug ta' permessi ghall-bini, specjalment mill-1988 'l hawn.

L-Avukat Mizzi qieghed jirrakkomanda li l-Kummissjoni tigbor u tezamina l-fatti kollha rilevanti dwar l-art f'Wied id-Dies fejn inbena l-kumpless maghruf bhala Busietta Gardens. Il-Kummissjoni ghandha tara jekk il-bini setax jitla', jekk il-process kienx konformi mal-ligi u l-policies vigenti, kif ukoll mal-kundizzjonijiet li tahthom hargu l-permessi relattivi; u fil-kaz li ma kinux l-Kummissjoni ghandha tirraporta fejn u kif il-ligi, policies u kundizzjonijiet ma gewx osservati.

L-Avukat Mizzi qal li l-Kummissjoni ghandha tinvestiga l-Updated Building Development Scheme kif approvata mill-Kamra tad-Deputati, il-konformita' tal-progett ma' l-iskema, ic-cirkostanzi ta' l-approvazjoni tal-progett, il-poteri u l-funzjonijiet ta' dak il-Kumitat Maghzul, l-osservanza jew le tal-kundizzjonijiet tal-permessi mahruga u s-sehem ta' l-ex Ministru Nazzjonalista Michael Falzon u l-ufficcju tieghu professjonali u kienx hemm konflitt ta' interessi fil-persuna tal-Perit Falzon u forsi xi haga izjed minn hekk.

L-INGINIER EMMANUEL FARRUGIA U SAN RAFFAELE

L-Avukat Mizzi ikkummenta wkoll dwar l-allegazzjonijiet li kien ghamel il-Partit Laburista li l-Inginier Emmanuel Farrugia li kien Project Director ghall-bini ta' l-Isptar San Raffaele, kellu fl-istess hin interessi kummercjali li kienu in konflitt mad-dover tieghu bhala Project Director. L-Avukat Mizzi jghid li mill-fatti jirrizultaw li :

1. L-Inginier Farrugia, sew bhala Project Director kemm bhala membru u Segretarju tal-Kumitat li kellu jirrakkomanda min kellhom ikunu l-kuntratturi li setghu jikkompetu, kellu fl-istess waqt sehem f'kumpanija li kellha bhala socji persuni, li fi hdan kumpanija ohra, kienu interessati li jkunu kuntratturi fil-progett ta' l-Isptar San Raffaele.

2. L-Inginier Farrugia, bhala membru u segretarju ta' l-istess Kumitat, iddikjara li ma kellu ebda interess, la dirett u lanqas indirett, fil-progett jew f'xi kumpanija, venture, socjeta' jew assocjazzjoni jew organizzazzjoni ohra li uriet interess kummercjali fil-progett.

3. Dr. Louis Galea, ex-Ministru u ex-President tal-Fondazzjoni FMSS naqas milli jinforma lill-Kabinett li l-Inginier Farrugia kellu interess kummercjali fil-progett u kien ghamel dikjarazzjoni mhux veritjera, meta huwa ipprezenta ghall-approvazzjoni tal-Kabientt ir-rapport tal-Kumitat tat-Tender Prequalification Assessment Committee (TPAC).

L-Avukat Edgar Mizzi jghid li d-decizjoni ta' l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea li jahbi l-verita' mill-Prim Ministru Nazzjonalista u mill-Kabinett kienet 'nuqqas serju lejn shabu'. L-Avukat Mizzi jghid li dwar l-Inginier Farrugia u n-nuqqasijiet ta' l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea gew ippruvati allegazzjonijiet li kienet taghmel fil-konfront taghhom mill-Oppozizzjoni Laburista u ghaldaqstant 'ma tehtieg ebda investigazzjoni ulterjuri ghaliex mhux probabbli li johorgu fatti ohra..." u jzid jghid li "kull cittadin, f'kull kaz, se jasal ghal gudizzju tieghu personali."

Il-pariri u l-kummenti ta' l-Avukat Edgar Mizzi dwar il-Busietta Gardens u l-kaz ta' l-Inginier Farrugia u l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea fil-kuntratt ta' San Raffaele jikkonfermaw kemm kellha ragun l-Oppozizzjoni Laburista tishaq li tohrog il-verita' dwar dawn iz-zewg kazijiet. Il-poplu ghandu dritt li jkun jaf il-verita' dwar min abbuza mill-pozizzjoni pubblika tieghu u l-Gvern il-gdid huwa impenjat li din il-verita' issir maghrufa kollha.

Il-Gvern qieghed jippubblika l-pariri ta' l-Avukat Edgar Mizzi fis-7 ta' Marzu lill-Prim Ministru dwar il-kaz ta' l-Inginier Farrugia u l-kaz ta' Busietta Gardens.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

More Press Releases Right arrow