Left arrow Go Back

Waqfien ta' l-impjant tar-Reverse Osmosis tac-Cirkewwa

pr0396
Date Icon 05/03/1997

Minkejja l-waqfien tal-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis tac-Cirkewwa, id-distribuzzjoni ta' l-ilma fit-Tramuntana ta' Malta mhix mistennija li tkun effettwata.

Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma ser twettaq xoghlijiet ta' manutenzjoni strutturali f'dan l-impjant bejn l-10 u l-14 ta' Marzu 1997. Bhalissa l-impjanti jipproduci kwazi 3 miljun gallun ilma kuljum.

Din il-produzzjoni ser tkun kompensata mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke. Permezz tal-flessibilita' li l-Korporazzjoni wettqet fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma, il-provvista lejn it-Tramuntana ser titqassam minn dan l-impjant.

Matul dan il-perjodu l-Korporazzjoni ser twettaq ezercizzju ta' kontroll tat-telf ta' ilma fil-gibjun tan-Naxxar. Dan l-ezercizzju huwa pprogrammat bejn nhar l-Erbgha filghodu 12 ta' Marzu u l-Hamis 13 ta' Marzu filghodu. Ghaldaqstant il-provvista ser tkun sospiza fil-lokalitajiet ta' Bugibba, Qawra, Xemxija, San Pawl il-Bahar, Burmarrad, Salina, Lija, Iklin, Birkirkara, Mosta, Naxxar, Madliena u Gharghur.

Il-konsumaturi li kellhom bzonn ta' informazzjoni jew assistenza jistghu jinqdew bis-servizz tal-Customer Care billi jcemplu fuq il-linji 234530 u 234531 mit-Tnejn sal-Gimgha u fuq il-freephone0800 77 2322 is-Sibtijiet u Hdud.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

More Press Releases Right arrow