Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali

pr0387
Date Icon 05/03/1997

B'referenza ghal dak li gie rapportat li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni, nhar il-Hadd 3 ta' Marzu, f'Ghawdex f'laqgha ta' djalogu, jidher car it-tahwid koncettwali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-Kunsilli Lokali.

Il-Kap Nazzjonalista filwaqt li ammetta li l-indhil u l-partecipazzjoni tal-Partiti Politici jistghu jaqilghu firda politika, xorta baqa' jinsisti li l-Partit Nazzjonalista ghandu jibqa' juza lill-Kunsilli Lokali ghall-ghanijiet partiggjani tieghu fil-lokal, u ghalhekk bi hsiebu jiggieled b'kull mezz u b'kull mizura li tillimita dan l-indhil sfaccat. Issa gie minsi kompletament il-principju li l-Kunsilli Lokali huma ghac-cittadin.

Dr.Fenech Adami kompla hawwad l-imhuh meta ddikjara li l-principju baziku ta' Value for Moneyjinsab fil-ligi, imma peress li l-Gvern Laburista insista li dan il-principju jrid jigi attwat mill-Kunsilli, issa qed jakkuza lill-Gvern li ser jindahal kif il-Kunsilli jonfqu flushom. Ikun ahjar ghal Dr. Fenech Adami li jghid car u tond jekk iridx trasparenza u accountability fl-amministrazzjoni tal-pajjiz.

Il-Kap Nazzjonalista wera kemm huwa maqtugh mir-realta' tal-Kunsilli Lokali, meta esprima ruhu kontra li l-formola tal-finanzjament tigi aggustata b'mod oggettiv u maqbul, biex l-izbilanci jigu kemm jista' jkun eliminati. Barra minn hekk, Dr.Fenech Adami zbalja meta fid-diskors tieghu pprova jimminimizza r-responsabbilta' ezekuttiva tas-segretarji tal-Kunsilli.

L-akbar konfuzjoni tal-Partit Nazzjonalista tidher fir-rigward ta' nuqqas ta' opinjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar l-assenjazzjoni ta' haddiema mal-Kunsilli Lokali. Bejn il-Kap u s-Shadow Minister, Dr Austin Gatt, jidher li hemm dizgwid jekk jaqblux jew le dwar din l-iskema. Minn kliem Dr Fenech Adami jidher car li meta Dr Fenech Adami kien Prim Ministru u ghalhekk responsabbli mill-Kunsilli Lokali, ma kienx konxju tal-fatt li xi ftit Kunsilli fuq inizjattiva taghhom individwali kienu diga' bdew ihaddmu din l-iskema fuq bazi sperimentali.

Il-morsa li nqabad fiha l-Partit Nazzjonalista qeghda tohrog aktar fil-berah; ma jistax jaccetta l-inizjattivi pozittivi u l-process kontinwu ta' konsultazzjoni li l-Ministeru qed isegwi mal-Kunsilli u l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Nazzjonalista jrid ifixkel din il-politika ta' konsultazzjoni u dan jidher f'kull qasam iehor, pero kemm-il darba il-Partit Nazzjonalista jkompli juza il-Kunsilli bhala ghodda biex ifixkel lill-Gvern Laburista, jkun il-Partit Nazzjonalista li jkompli jitlef il-kredibilita' fil-gudizzju tal-poplu.

Fl-ahhar u mhux l-inqas il-Ministeru jheggeg lill-eletturi biex nhar it-8 ta' Marzu jmorru jivvutaw, u jaghzlu lil dawk il-kunsilliera tal-fiducja taghhom u li verament jirraprezentawhom. Il-Kunsilli jridu jkunu tac-cittadin biss u ta' l-ebda Partit politiku. Dan huwa principju fundamentali ghall-izvilupp tal-process tal-Kunsilli Lokali f'pajjizna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow