Left arrow Go Back

Progett tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma fis-Siggiewi

pr0370
Date Icon 28/02/1997

Il-progett tal-bdil u estensjonijiet ta' mains godda fis-Siggiewi, mniedi mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, issa jinsab fi stadju avvanzat. Il-konsumaturi f'din il-lokalita diga bdew jinqdew b'servizz ta' kwalita ahjar fil-provvista ta' l-ilma.

Il-provvista ta' l-ilma issa giet mqabbda mas-sistema tad-distribuzzjoni mill-gibjun tal-Qrendi. B'hekk il-provvista hija ta' ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Lapsi u mill-pumping stations. B'dan il-progett il-provvista diretta mill-boreholes fis-Siggiewi ser tinqata'.

Ix-xoghlijiet ta' dan il-progett inbdew tard is-sena l-ohra u jikkonsistu fi bdil u estensjonijiet ta' madwar zewg kilometri ta' mains b'wisa' li tvarja minn 100 sa 250 millimetri. B'kollox ser ikunu nbidlu madwar 350 servizzi ta' l-ilma tad-djar. Dawn is-servizzi qed jinbidlu b'pajpiet tal-polyethylene mill-main tat-triq sal-bankini u qed jigu wkoll installati l-earth electrodes.

Il-Korporazzjoni hadhet hsieb li tnaqqas l-inkonvenjent lill-konsumaturi waqt li jitwettqu x-xoghlijiet. Fil-bidu ta' dan ix-xahar zviluppaw hsarat f'mains qodma. It-tfittxija u t-tiswijiet tal-hsarat twettqu fl-iqsar zmien fejn kienet giet affettwata l-pressa ta' l-ilma fis-sulari gholja tal-bini residenzjali. Dawn il-mains qodma issa nbidlu jew ser jinbidlu fi zmien qasir.

Sadanittant il-bdil ta' mains qodma tat-3 u s-6 pulzieri ser jitkompla kif ippjanat fi Triq San Gwann, Triq San Gakbu, Triq il-Knisja l-Qadima u Triq Lapsi.

Il-Korporazzjoni tfakkar lill-konsumaturi li f'kaz li jkollhom bzonn ta' informazzjoni jew ghajnuna jistghu jcemplu lis-sezzjoni Customer Care fuq in-numri 234530 jew 234531.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

More Press Releases Right arrow