Left arrow Go Back

L-Ambaxxatur Franciz jaghmel zjara ta' kortesija lill-Ministru Michael Farrugia

pr0369
Date Icon 28/02/1997

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, laqa' fl-ufficju tieghu f'Casa Leoni, Sta Venera, lill-Ambaxxatur ghal Franza l-E.T. Patrick Amiot ghal zjara ta' kortesija.

L-Ambaxxatur Franciz semma bhala prijorita d-draft agreement li kien tressaq xi zmien ilu pero' minhabba nuqqas ta' qbil fuq xi punti, qatt ma sar xejn aktar mill-amministrazzjoni precedenti.

Il-Ministru Michael Farrugia minn naha tieghu qabel li ghandhom isiru d-diskussjonijiet necessarji halli kwalunkwe intopp jigi meghlub.

Tul il-laqgha gew diskussi diversi possibilitajiet ta' kooperazjoni bejn iz-zewg nahat fis-settur tas-sahha u ta' l-anzjani.

Fost is-suggetti diskussi kien hemm tibdil ta' informazzjoni dwar ricerka fil-qasam tas-sahha u gerontologija, koperazjoni bejn specjalisti, tobba, studenti tal-medicina kif ukoll dawk fis-settur paramediku, scholarships ghall-istudenti Maltin, kif ukoll dwar kuntatti futuri bejn il-United Nations International Institute on Aging u persuni interessati fi Franza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Winners of the second edition of the Sustainable Development Action Awards announced

PR261893en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Jitħabbru r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards

PR261893

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow