Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jinawgura sistema ta' energija solari f'kumpless turistiku

pr0365
Date Icon 28/02/1997

Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant illum inawgura l-ewwel sistema ta' energija solari li se tkun tista' tintuza biex issahhan l-ilma kollu, inkluz swimming pool ta' lukanda lokali fil-Mellieha. Il-Prim Ministru kien mistieden mill-Mellieha Holiday Complex, kumpanija li ghandha 99% ta' investiment mid-Danimarka, li ilha topera f'Malta mis-snin sebghin.

Il-Prim Ministru ferah lill-lukanda ghall-investimenti taghha u qal li kien ta' sodisfazzjon li wiehed jinnota li l-lukanda qed ikollha rizultati pozittivi fil-hidma taghha. Dr Sant fahhar lill-management tal-lukanda ghall-inizjattiva taghhom biex il-lukanda taghmel uzu mill-energija solari u fisser dan l-investiment bhala Environment Friendly. Il-Prim Ministru qal li dan jawgura tajjeb ghall-futur tas-settur turistiku f'Malta.

Id-Direttur Manigerjali tal-Mellieha Holiday Complex, Mr Flemming Jensen qal li fil-mument il-lukanda hija mimlija u ghandha prospetti tajbin hafna ghall-futur u qal li dan jawgura tajjeb ghall-hidma tal-kumpless.

Il-Mellieha Holiday Complex ghandha 130 bungalow u taqdi l-aktar is-suq Daniz. Prezentament il-lukanda qed tahdem fuq pjan ta' diversifikazzjoni ghal turisti mill-Iskandinavja kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

More Press Releases Right arrow