Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku jichad rapport li deher fl-istampa lokali
Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku kategorikament jichad rapport li deher f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li, waqt laqgha li l-Kunsill kellu mal-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u Finanzi, is-Sur Lino Spiteri, aktar kmieni din il-gimgha, il-Kunsill ghamel proposta lill-Gvern biex dan izomm is-sistema tat-taxxa tal-VAT u jaghmel fiha biss dawk it-tibdiliet li jidhrulu necessarji.
Din il-laqgha kienet saret wara li l-Ministru Spiteri kien laqa' talba ta' l-istess Kunsill biex fil-prezenza tas-Sur Spiteri tkun diskussa l-White Paper dwar is-sistema gdida ta' tassazzjoni. Fil-laqgha ta' saghtejn li saret aktar kmieni din il-gimgha tqajmu diversi punti dwar l-operat u l-implimentazzjoni tas-sistema l-gdida ta' taxxa kif proposta fil-White Paper. Il-Ministru Spiteri ta spjegazzjoni dettaljata tal-punti imqajma u ha wkoll nota ta' ohrajn biex jigu kkunsidrati fid-dawl tal-politika generali tal-Gvern.
Il-laqghat tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku huma konfidenzjali sabiex il-membri kollha jkunu jistghu jesprimu d-diversi opinjonijiet taghhom b'mod miftuh. Kull meta l-Kunsill ihoss li ghandu jaghmel xi proposti dawn isiru b'mod formali biss wara li jkun intlahaq il-consensusnecessarji bejn il-membri ta' l-istess Kunsill.
Ghaldaqstant il-Kunsill Ekonomiku, li jirraprezenta l-partijiet socjali kollha f'Malta, ihoss li rapporti foloz bhal dawn ma jghinux lill-Kunsill biex, permezz ta' djalogu serju u kontinwu bejn il-partijiet socjali, jaghti sehem biex, fl-interess tal-gid komuni, jinstabu soluzzjonijiet adekwati ghall-problemi fl-oqsma tal-ekonomija u r-relazzjonijiet industrijali.
Other Press Releases:
PR261893en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261893