Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali
Mill-Media Statements li qed johrog il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni Dr Austin Gatt dwar l-istrategija tal-Gvern Laburista fil-konfront tal-Kunsilli Lokali jidher car li l-istess kelliem huwa maqbud f'morsa ta' politika skaduta li ma' temminx fil-konsultazzjoni bhala process dinamiku u kontinwu.
Il-Gvern ghadu miexi bil-hsieb tieghu li jassenja haddiema tal-Gvern mal-Kunsilli Lokali, pero dan qed jaghmlu f'konsultazzjoni shiha mal-Kunsilli, mar-rapprezentanti taghhom, jigifieri l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u wkoll mar-rapprezentanti ta' l-istess haddiema. Dr Gatt illum qed jaccetta 'l-principju li jintbaghtu haddiema mal-Kunsilli Lokali meta ftit gimghat ilu il-Kap ta' l-Oppozizzjoni stqarr li din l-iskema tnawwar lill-Kunsilli.
Il-gbir tal-multi huwa biss dettal zghir fil-kwadru tar-responsabbiltà ta' l-enforcement ta' certu ligijiet u regolamenti mill-Kunsilli. Il-gbir tal-multi qed jigi evalwat ma' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli fid-dawl ta' diskussjoni iktar wiesa dwar wardens, enforcement, min ghandu jkun prosekutur, it-tribunali u l-problema amministrattiva ta' meta l-multi ma' jingabrux. Il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni sfortunatament mhux kapaci janalizza responsabbiltà tal- enforcement b'mod komprensiv.
Jidher li l-Partit ta' l-Oppozizzjoni ghal ragunijiet parrokjali u partiggjani, irid ifixkel il-mod pragmatiku li bih il-Gvern qed jahdem mal-Kunsilli Lokali. Il-Gvern qed jimplimenta f'konsultazzjoni shiha dak it-tibdil necessarju biex il-process ta' decentralizzazjoni isir b'mod effetiv, mhux billi tinghata r-responsabbiltà imma billi wkoll jissahhu l-istrutturi amministrattivi halli dawk ir-responsabbiltajiet jitwettqu b'mod efficjenti mal-Kunsilli. Il-Gvern Laburista qed iwettaq il-weghda tieghu li l-process ta' Gvern Lokali isahhu u jizviluppah u dan minghajr ma jinstrumentalizza politikament il-Kunsilli Lokali.
Il-Partit fl-Oppozizzjoni jekk irid li jakkwista xi ftit kredibilità dwar il-politka tieghu ghall-Kunsilli Lokali, ghandu jirrispetta il-mozzjoni tas-Sindki tal-15 ta' Frar 1997 li tghid car u tond li "jirribattu kwalunkwe strumentalizzazjoni tal-Kunsilli Lokali ghal skopijiet politiko-partiggjani".
Il-Gvern Laburista jemmen illi l-fiducja fil-Kunsilli tikber biss kemm il-darba il-Kunsilliera jagixxu u jaqdu dmirijiethom fl-interess tal-lokal u tac-cittadin u mhux fl-interess ta' xi partit politiku.
Other Press Releases:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904