Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Joe Cilia jmur Franza

pr0335
Date Icon 26/02/1997

Dr Joe Cilia mar Franza fuq stedina ta' Paul Essertial, President tal-S.E.F.C. bejn it-22 u l-24 ta' Frar 1997. Jakkumpanjaw lin-Nutar Dr. Joe Cilia kien hemm is-Segretarju Privat tieghu is-Sur Paul Farrugia, kif ukoll Lorraine Cunningham u Mario Farrugia, zewg membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club.

L-ghan ta' din iz-zjara kien sabiex tizdied il-koperazzjoni bejn il-Societe D' Encouragement A l'Elevage du Cheval Francais u s-Segretarjat ghall-Isport ta' Malta. Saru diskussjonijiet dwar fejn jistghu jsiru zviluppi fil-facilitajiet tal-korsa tal-Marsa. Dawn il-laqghat saru mal-President Paul Essertial kif ukoll ma' Monsieur Bachy u Roger Patenay ex-segretarju Generali tal-SEFC u propretarju taz-zwiemel rispettivament.

Dawn il-laqghat saru fil-bini amministrattiv tal-korsa ta' Vincennes fejn kien hemm prezenti ukoll diretturi tal-korsi tan-Normandija fosthom dik ta' La Chapelle. Dr. Joe Cilia iltaqa' wkoll mas-Segretarju tekniku tal-SEFC Jacques Chartier.

Id-delegazzjoni giet mdawwra wkoll ix-Chateau ta' Grosbois kif ukoll it-tlett korsi fejn isir it-tahrig, l-istallel fejn jinzammu z-zwiemel u facilitajiet ohra li jinsabu f'dan ic-centru. Waqt din il-mawra id-delegazzjoni zaru wkoll l-istalel ta' Bernard de Folleville fejn gew spjegati l-metodi tat-tahrig.

Dawn il-laqghat kienu posittivi hafna u hemm il-hsieb li dawn il-kuntatti jkomplu jinbnew fil-futur sabiex jintlahaq l-ghan mahsub.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

More Press Releases Right arrow