Id-Delegat Permanenti ta' Malta ghal UNESCO jipprezenta l-Kredenzjali
Nhar il-Hamis 20 ta' Frar 1997, l-Eccellenza Tieghu s-Sur Vincent Camilleri pprezenta l-kredenzjali bhala d-Delegat Permanenti ta' Malta ghall-UNESCO lill-Eccellenza Tieghu Prof. Federico Mayor, Direttur Generali ta' din l-Organizzazzjoni tal-Gnus Maghquda, fil-Kwartieri Generali taghha f'Parigi.
Federico Mayor fahhar il-kontribut kbir li Malta, minkejja c-cokon taghha, dejjem tat fil-fora internazzjonali. Huwa wieghed l-appogg tieghu ghal talbiet ta' ghajnuna li Malta tista' taghmel lill-UNESCO fl-oqsma li jaqghu taht il-kompetenza taghha. Min-naha tieghu, is-Sur Camilleri, waqt li semma l-impenn ta' Malta ghall-paci u s-sliem fir-regjun tal-Mediterran, tenna li Malta tibqa' taghti s-sehem u l-appogg shih taghha fil-hidma tal-UNESCO.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sur Horst Godicke, Kap tas-sezzjoni Ewopa u Amerika ta' Fuq fl-ufficcju tar-Relazzjonijiet Barranin, is-Sur A. Sayad, Assistent Direttur Generali ghall-Affarijiet Barranin tal-UNESCO u Dr. Tanya Vella, mill-Ambaxxata ta' Malta f' Parigi
Other Press Releases:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904