L-Onor. Anton Refalo jiltaqa' mas-Sajjieda Ghawdxin
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo ta bidu ghal sensiela ta' laqghat mifruxa fuq sitt gimghat ghas-sajjieda, rahhala u bdiewa Ghawdxin, fl-iskola tal-Biedja u Bini, ix-Xewkija.
Fl-indirizz tieghu, Dr Refalo qal li hu kommess u ghandu l-impenn li jghin lis-sajjieda. Hu zied ighid li hemm bzonn li jinhatar kumitat minnufih minn fost is-sajjieda li vera jiffunzjona billi jigu studjati x'inhuma l-problemi u x'inhuma l-prijoritajiet.
Mill-ilmenti li gew imressqa quddiem il-panel deher bic-car li l-problemi huma hafna u ilhom hemm minghajr ma gew qatt investigati mill-amministrazzjoni l-ohra. Fost ohrajn issemghew il-bzonn ta' imhazen fil-bajjiet tax-Xlendi, ix-Xatt, u Marsalforn, is-slipways, il-facilitajiet tal-cold store u mollijiet.
L-Onor Refalo qal li spicca z-zmien li s-sajjied Ghawdxi ifendi ghal rasu. Permezz tal-Kumitat, li gie ffurmat fil-laqgha stess, maghmul minn zewg sajjieda tax-Xatt, sajjied mix-Xlendi u iehor minn Marsalforn, il-hidma u l-kooperazzjoni ghandha tkun effettiva. Is-Segretarju Parlamentari insista li l-Kumitat ghandu jiltaqa' mill-inqas darba fil-gimgha. Dr Refalo tenna l-importanza tas-sajd ghax hu wiehed mill-pilastri ta' l-ekonomija ta' Ghawdex.
Kelliema ohra kienu is-Sur Charlie Busuttil, Senior Fisheries Officer, mid-Dipartiment tas-Sajd, u s-Sur Joseph Portelli, Direttur ghal Izvilupp u l-Progetti.
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892