Left arrow Go Back

Il-Pariri ta' Dr. Mizzi jsahhu l-bzonn ta' mekkanizmu biex titrazzan il-Korruzzjoni u l-Abbuz tal-Poter

pr0322
Date Icon 22/02/1997

Il-Gvern irðieva l-pariri ta' Dr. Edgar Mizzi dwar il-kaú tal-kiri tas-sular ta' isfel tas-Suq ta' Birkirkara lill-kumpanija MacDonalds, il-Malta Fishfarming Ltd. u x-xiri ta' post f'Hal Qormi minn Posta Ltd. Id-dokumenti sóaó tal-pariri moætija minn Dr. Edgar Mizzi jikkonfermaw is-serjetà ta' l-akkuúi li kienet æamlet l-Oppoúizzjoni Laburista qabel Ottubru 1996. L-analiúi u l-pariri maæmula lill-Gvern minn Dr. Edgar Mizzi jsaóóu l-fehma tal-Gvern dwar il-ótieía li jkollna mekkaniúmu sóió u effettiv biex bih inraúúnu l-korruzzjoni u l-abbuú tal-poter.

Fis-17 ta' Jannar 1997, il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant talab lil Dr. Edgar Mizzi biex jifli diversi kaúi ta' allegata korruzzjoni, ta' abbuú ta' poter u ta' deðiújonijiet amministrattivi importanti li ma ittiódux skond normi ta' reponsabbilità, prudenza u accountability serja. Dawn il-kaúi kienu níabu quddiem l-opinjoni pubblika mill-Oppoúizzjoni Laburista ta' qabel Ottubru 1996. Dr. Edgar Mizzi intalab jaæti l-parir tieæu dwar dawn il-kaúi u x'investigazzjonijiet aktar dwarhom æandhom isiru fið-ðirkostanzi attwali.

Fl-14 ta' Frar, Dr. Edgar Mizzi kiteb lill-Prim Ministru biex iwassallu r-riúultati ta' l-istóarrií tieæu dwar tlieta mill-kaúi li kien elenkalu Dr. Alfred Sant. Dawn it-tliet kaúi huma: Il-kiri tas-sular ta' isfel tal-klabb ta' Birkirkara Luxol F.C. lill- MacDonalds; il-Malta Fishfarming Ltd. u hangar f'Marsaxlokk; u x-xiri ta' post f'Hal Qormi minn Posta Ltd.

Fil-kaú tal- MacDonalds, Dr. Edgar Mizzi ikkonkluda li l-allegazzjonijiet li saru mill-Oppoúizzjoni Laburista huma "Fatti...reali u inkontestati". Ma hemmx lok æal aktar invesitigazzjonijiet u "id-dubju jew inðertezza jista' jirrigwarda biss il-konkluújonijiet li wieóed jista' jiíbed minn dawk il-fatti."

Fil-kaú tal-propjetà mixtrija minn Posta Ltd., Dr. Mizzi jikkonkludi li l-fatti allegati mill-Oppoúizzjoni Laburista ta' qabel Ottubru 1996 "íew sostanzjalment, jekk mhux anke æal kollox, konfermati mid-Direttur tal-Verifika". Il-parir ta' Dr. Mizzi hu li "Il-fatti ... huma ðari u evidenti, il-íudizzju dwarhom ma jeótieíx investigazzjoni ....æalhekk ... ma hemmx lok æal aktar investigazzjonijiet". Dr. Mizzi jirrakkomanda li "l-Gvern joqæod attent sewwa qabel ma jería' jaæti inkarigu lill-persuni li kienu membri tal-Bord ta' Posta Ltd. meta ittieódet id-deðiújoni li jixtru dik l-art".

Fil-kaú tal-Malta Fishfarming, il-parir ta' Dr. Mizzi hu li "Jekk saret xi irregolarità, din tikkonsisti biss fl-uúu tal-post, minæajr il-permess ta' l-Awtorità ta' l-Ippjanar". Wieóed ma æandux jimxi fuq xi xamma ta' favoritiúmu u xi atti ta' arroganza li seta' kien hemm.

L-ittra ta' l-14 ta Frar ta' Dr. Mizzi kif ukoll ir-rapporti tieæu fuq it-tlett kaúi msemmija qed jiíu ppublikati ma' din l-istqarrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

More Press Releases Right arrow