Left arrow Go Back

L-Onor. Anton Refalo jiltaqa' ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar

pr0309
Date Icon 20/02/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex l-Onor. Anton Refalo ltaqa' ma' ufficjali mill-Awtorita' tal-Ippjanar immexxija mis-Sur Alfred Fabri, Chairman tal-Awtorita' fejn gew diskussi ghadd ta' punti u problemi f'Ghawdex bhal ma huma id-'Development Control Commission', possibilita ta' postijiet ta' parkegg fir-Rabat, u l-'Local Plan' ghal Ghawdex.

Dr Refalo sahaq li huwa importanti li l-Awtorita' tal-Ippjanar jkollha ufficcju taghha f'Ghawdex minn fejn tkun tista' taghti aktar servizzi lil Ghawdex fejn jirrigwardja id-'Development Control Commission'. Ilu jinhass il-bzonn li ic-cittadin ikollu cans li jipprezenta s-sottomissjonijiet tieghu lil din il-Kummissjoni kif ukoll l-opportunita ta' smiegh ta' appell mal-'Board' f'Ghawdex stess. L-Awtorita' tal-Ippjanar tircievi madwar 80 applikazzjoni fix-xahar minn Ghawdex li madwar in-nofs taghhom jitolbu li jaghmlu rapprezentazzjonijiet verbali li sa issa isiru Malta.

Dr Refalo fisser il-bzonn kbir ta' facilitajiet ta' parkegg fl-inhawi tac-Cittadella fejn, fil-prezent, hemm konfuzjoni kawzata minn nuqqas ta' facilitajiet u mill-volum kbir ta' vetturi li jiffrekwentaw is-servizzi u l-attrazzjonijiet li joffru l-inhawi fosthom il-Qorti, il-Muzewijiet, il-Katidral, il-hwienet u l-istess Cittadella.

Dr Refalo qal li l-'Local Plan' li l-Awtorita' trid tfassal ghal Ghawdex, ghandha titlesta mill-aktar fis possibbli. Dr. Refalo zied ighid li l-Gvern prezenti huwa impenjat li jwaqqaf Kunsill Regjonali ghal Ghawdex li jkun irid ifassal Pjan ta' Zvilupp ghall-gzira. Ghalhekk huwa importanti li l-Awtorita' taghti prijorita u premura lill-Pjan Lokali taghha ghal Ghawdex.

Prezenti ghal laqgha kien hemm ukoll is-Sur Frank Psaila, Segretarju Permanenti fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, il-Perit Godwin Cassar, is-Sur Joe Falzon, Chairman tad-'Development Control Commission' u is-Sur Salvinu Cutajar, Assistent Personali fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

More Press Releases Right arrow