Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha
Id-Dipartiment tas-Sahha jirreferi ghall-artiklu taht ir-ras "Inkjesta dwar mewt ta' mara" li deher bi prominenza fl-ewwel pagna fil-harga tal-gurnal "In-Nazzjon" tat-18 ta' Frar 1997 u rrappurtat fuq mezzi tax-xandir, kif ukoll allegazzjoni simili mix-ShadowMinister, Dr Louis Deguara nhar il-Hadd 16 ta' Frar 1997, fuq stazzjon lokali tar-radju.
Gie allegat li mara li ddahhlet fit-Taqsima ta' l-Emergenza fl-Isptar San Luqa intbaghtet id-dar minhabba nuqqas ta' spazju. Din l-allegazzjoni mhix vera. Mit-Taqsima ta' l-Emergenza qatt hadd ma ntbaghat id-dar minhabba nuqqas ta' sodod.
Il-fatti accertati s'issa mid-Dipartiment huma :
a) Din il-pazjenta giet riferuta mit- tabib taghha, fil-11 ta' Frar 1997 u marret l-Emergenza fit-12 ta' Frar 1997, fit-tmienja ta' filghodu.
b) Marret l-Isptar bil-mezzi taghha u mhux bl-ambulanza.
c) Kemm meta marret ghand it-tabib taghha, kif ukoll fid-Dipartiment ta' l-Emergenza qatt ma kellha wgiegh f'sidirha izda fil-bokka ta' l-istonku.
d) Il-pazjenta ntbaghtet id-dar fuq decizjoni medika.
L-Awtoritajiet tas-Sahha jikkonfermaw li fuq l-aspett kliniku tal-kaz qed issir inkjesta interna, kif dejjem isir meta jinholqu xi dubji simili.
L-Awtoritajiet tas-Sahha jsostnu li s-sahha m'ghandiex isservi ta' platform politiku u l-anqas ta' qlajjiet infondati li ma jaghmlu l-ebda gieh lill-professjoni medika f'pajjizna.
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892