Kors ta' thejjija ghall-Kunsilliera Prospettivi Ghawdxin
Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fil-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali jixtieq jgharraf li ser jorganizza kors ta' thejjija (minghajr hlas) ghal dawk il-kandidati Ghawdxin, nisa w irgiel, li bi hsiebhom jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ser isiru nhar is-Sibt, 8 ta' Marzu 1997.
Bhala kelliema ewlenin ghal dan il-programm ta' thejjija gew mistiedna membri prominenti ta' l-Universita' li huma maghrufa ghas-sehem attiv li ghandhom fil-qasam ta' l-operat ta' sistema ta' gvern lokali.
Il-kors li ser isir fl-Ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, Rabat, u ser ikun ta' tliet nofs ta' nhari. (28 ta' Frar, 3 u 4 ta' Marzu 1997 - bejn is-2.00 p.m. u s-6.15 p.m.).
Iktar dettalji dwar dan il-programm ta' thejjija jistghu jinkisbu mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali (Tel; 22996288) jew mill-Kunsilli Lokali tal-Gharb (Tel; 560556), tar-Rabat (Ghawdex) (Tel; 563344) u tas-Sannat (Tel; 554747).
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892