Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant izur il-mizbla tal-Maghtab
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant dalghodu qal li jehtieg li tinstab soluzzjoni ghall-mod kif qed tiúviluppa s-sitwazzjoni fil-mizbla tal-Maætab, peress li din hija wahda gravi. Numru ta' gurnalisti dalghodu akkumpanjaw lill-Prim Ministru fuq tliet helicopters tal-Forzi Armati ta' Malta, li taru mill-bazi taghhom f'Hal Safi ghal fuq il-mizbla biex il-membri ta' l-istampa jkunu jistghu jaraw il-kobor ta' dan is-sit.
Malli t-tliet helicopters nizlu fuq il-Mizbla, il-Prim Ministru flimkien mal-gurnalisti daru l-mizbla waqt li trakkijiet mimlijin bit-terrapien kienu dehlin ibattlu t-tghabija fl-inhawi. Il-Prim Ministru qal lill-gurnalisti li fl-inhawi ir-rimi tat-terrapien u ta' l-iskart qed jikber b'mod li huwa ta' dannu æall-ambjent. Il-Prim Ministru qal li tmenin fil-mija ta' l-iskart mormi fil-mizbla tal-Maætab huwa rimi minn xoæol ta' bini.
Dr. Alfred Sant qal li l-ewwel pass fid-direzzjoni tas-soluzzjoni íusta huwa li jinstab post alternattiv u li jkun ambjentalment aððettabli, biex jintrema l-iskart tal-bini.
Anke l-Awtorita ta' l-Ippjanar qed tistudja dwar fejn jista' jkun is-sit alternattiv, filwaqt li æandhom jibdew konsultazzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' madwar il-Maætab biex tinstab is-soluúújoni addattata. Il-Prim Ministru qal li l-ikbar uíieæ ta' ras fil-preúent huwa l-ammont kbir ta' skart tal-bini, li forsi wieóed ma tantx jilmóu minn mat-triq, iúda óarsa minn fuq il-helicopter malajr turik ir-roqæa dejjem tikber ta' skart fil-Maætab.
Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant semma l-bzonn li jkun hemm diskussjonijiet ma' kull min huwa involut, inkluú ma' l-operaturi tal-kostruzzjoni tal-bini u l-Kunsilli Lokali.
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892