Left arrow Go Back

Survey fuq il-Mizbla tal-Maghtab

pr0209
Date Icon 06/02/1997

Hemm bzonn ta' studju serju dwar il-process ta' tfigh ta' zibel gewwa il-Mizbla tal-Maghtab. Dan l-istudju ser jibda fil-gimghat li gejjin bl-iskop li tingabar informazzjoni dwar l-iskart li jintefgha gewwa l-mizbla. Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni il-Perit Charles Buhagiar waqt zjara gewwa l-mizbla tal-Maghtab li huwa ghamel flimkien mal-Vici-Prim Ministru u Ministru ghall-Ambjent it-Tabib Gorg Vella.

Il-Ministru Buhagiar qal li m'hemm l-ebda informazzjoni dwar x'jintefgha gewwa l-Maghtab ghalkemm fil-Mizbla jintefgha ammont kbir ta' skart ta' kostruzzjoni. Il-Ministru Buhagiar spjega kif il-problema tal-mizbla trid tkun studjatha bir-reqqa ghax ma jistghax ikun li biex tissolva din il-problema jinholqu siti ohra ghar-rimi. Il-Ministru Buhagiar spjega kif il-mizbla hija wkoll "eyesore" ghall-aspett turistiku.

Minn naha tieghu it-Tabib Vella qal li dawn il-problemi ghandhom jigu indirizzati bis-serjeta u l-pubbliku ingenerali ghandu jkun konxju ta' din il-problema biex kulhadd jikkontrolla l-ammont ta' rimi. Il-Vici-Prim Ministru qal li l-area li tkopri l-Mizbla hija area pjuttost kbira u ghalhekk ma jistghax ikun li dan l-ammont ta spazju ma jkunx uzat sewwa . Huwa qal li behsiebu anke jinforma lill Prim Ministru bil-qghada dizastruza tal-area tal- mizbla.

Il-Vici-Prim Ministru Gorg Vella u l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici Charles Buhagiar qalu li l-mawra taghhom ghandha l-ghan li tohloq anke kuxjenza fost il-mezzi tal-media biex dawn jippromwovu dan il-messagg.

Prezenti ghal din iz-zjara kien hemm ukoll il-Professur Alfred Vella, membru tal-Kunsill Konsultattiv ta' l-Ambjent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE ELECTORAL COMMISSION  Revised General Election Electoral Register

PR261903en

PRESS RELEASE BY THE ELECTORAL COMMISSION Revised General Election Elector...

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI  Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali

PR261903

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għ...

More Press Releases Right arrow