Il-Gvern Nazzjonalista nefaq Lm840,000 biex xtara l-ishma privati jumejn qabel l-Elezzjoni Generali
Gvern Nazzjonalista xtara l-ishma privati tal-GOZO CHANNEL CO. LTD jumejn qabel l-Elezzjoni Generali tas-26 ta' Ottubru 1996 ghall-prezz ta' Lm840,000. Fl-24 ta' Ottubru 1996 l-investituri privati li flimkien kellhom 28% tal-ishma tal-GOZO CHANNEL CO. LTD kitbu lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi biex jinfurmawh li kienu accettaw l-offerta tal-Gvern Nazzjonalista biex ibighulu l-400,000 sehem taghhom fil-GOZO CHANNEL ghall-prezz ta' Lm2.10 kull sehem. Il-kumpaniji privati li bieghu l-ishma taghhom lill-Gvern ma kinux jaqblu mal-mod kif inxtraw il-vapuri l-godda tal-GOZO CHANNEL CO. LTD u kienu tal-fehma li l-infieq ta' aktar minn Lm30,000,000 ghall-vapuri l-godda ma kinitx 'business solution' tajba u li din id-decizjoni kienet se thalli konsegwenzi ekonomici u socjali hziena.
B'hekk il-Gvern Nazzjonalista intrabat li jhallas Lm840,000 lill-investituri privati mal-Lm31,000,000 li kien digĂ ikkommetta ruhu li jonfoq in konnessjoni max-xiri ta' tliet vapuri godda minghand kumpanija Skandinava lejliet l-elezzjoni ta' Ottubru li ghadda. In-Net Asset Value ghal kull sehem kien ta' Lm1.40 kull sehem izda l-Gvern Nazzjonalista kien lest ihallas 70 centezmu aktar kull sehem ghall- 'goodwill'. Hija ferm stramba li l-Kumpanija li kienet ilha tirregistra telf kbir ghall-ahhar sentejn, setghet tippretendi li kellha 'goodwill' meta sar il-valutazzjoni tal-ishma taghha.
Ix-xiri tal-ishma privati tal-Kumpanija GOZO CHANNEL CO. LTD jumejn biss qabel l-elezzjoni tas-26 ta' Ottubru jixhed l-irresponsabbilita' tal-Gvern precedenti, barra li jikkontradixxi lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr. Eddie Fenech Adami li nhar it-tlieta f'Marsalforn, Ghawdex qal li "Gvern tal-Partit Nazzjonalista kien qed jippjana li l-GOZO CHANNEL CO. LTD tkabbar il-kapitali taghha billi jkun hemm investiment mill-privat fl-ishma tal-Kumpanija".
Other Press Releases:
PR261903en
PRESS RELEASE BY THE ELECTORAL COMMISSION Revised General Election Elector...
PR261903