Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa titkellem dwar ir-rwol tan-nisa fis-socjeta' tal-lum

pr0194
Date Icon 05/02/1997

Is-Segretarja Parlamentari Ghad-Drittijiet Tan-Nisa Helena Dalli tkellmet fil-Kunsill Lokali ta' Bormla dwar il-bidliet importanti li sehhew fir-relazzjonijiet bejn l-irgiel u n-nisa specjalment fejn kien hemm avvanzi fl-edukazzjoni tan-nisa u zieda signifikanti fil-partecipazzjoni taghhom f'xoghol bi hlas. It-tqassim tax-xoghol, bejn irgiel u nisa, li jirrizulta minn rwoli produttivi u reproduttivi, qieghed kull ma jmur jinbidel u n-nisa qeghdin jidhlu ghal xoghol li qabel kien iddominat mill-irgiel filwaqt li l-irgiel bdew jaccettaw aktar responsabbiltajiet fid-dar u fil-familja, ghalkemm it-tibdil fir-rwoli tan-nisa kien akbar u aktar mghaggel mit-tibdil fir-rwoli ta' l-irgiel.

Hija qalet li minkejja dawn it-tibdiliet, xorta ghad baqa hafna xi jsir. In-nisa jghoddu biss medja ta' ghaxra fil-mija ta' dawk eletti biex jillegislaw, madwar id-dinja. In-numru tan-nisa huwa baxx ukoll fl-istrutturi ezekuttivi kemm pubblici u privati. Kien ghalhekk li wahda mill-mizuri li qieghed jiehu dan il-Gvern hija li jahtar nisa kapaci fil-livelli fejn jittiehdu d-decizjonijiet. Wara tant snin ta' diskriminazzjoni dawn in-nisa issa se jwasslu l-perspettiva femminili f'dan il-livell tat-tmexxija. Din il-perspettiva hija mportanti ghar-raguni li nofs il-popolazzjoni, li se tkun milquta mid-decizjonijiet li jittiehdu, hija maghmula minn nisa.

Hija tkellmet ukoll dwar ir-rwol tan-nisa fil-familja. Qalet li d-drittijiet, kapacitajiet u responsabbilitajiet tal-membri tal-familja ghandhom jigu rrispettati. In-nisa jaghtu kontribut kbir ghall-gid tal-familja u ghall-izvilupp tas-socjeta. It-trobbija tat-tfal tirrikjedi r-responsabbilita tal-genituri, nisa u rgiel. Il-maternita, li tkun genitur, u r-rwol tan-nisa fil-prokreazzjoni, m'ghandhomx jiswew ta' bazi ghal diskriminazzjoni u lanqas m'ghandu jirristringi l-partecipazzjoni shiha tan-nisa fis-socjeta. Ghandna nirrikonoxxu wkoll ir-rwol importanti ta' hafna nisa li jiehdu hsieb membri ohra tal-familja.

Meta tkellmet fuq ir-rwol tal-mara fil-familja hija semmiet il-problema tal-vjolenza domestika. Il-vjolenza fuq in-nisa hija ostaklu fil-mixja ghall-ugwaljanza, l-izvilupp u l-paci. Il-vjolenza kontra n-nisa ccahhadhom milli jgawdu d-drittijiet umani u l-helsien shih taghhom. In-nuqqas ta' harsien ta' dawn id-drittijiet hija kwistjoni inkwetanti.

Il-vjolenza kontra n-nisa, hafna drabi tinzamm mohbija, minhabba pressjonijiet socjali, u minhabba li mara tisthi tghid li kienet imsawta. Sikwit ukoll il-mara ma jkolliex access ghal informazzjoni, ghajnuna jew protezzjoni legali. Hemm nuqqas ta' ligijiet li effettivament jipprojbixxu l-vjolenza kontra n-nisa. Jehtieg li l-ligijiet ezistenti jissahhu, li tinholoq kuxjenza u tinghata edukazzjoni dwar il-kawzi u l-konsegwenzi tal-vjolenza. Hemm bzonn ukoll studju ghall-introduzzjoni ta' ligi fuq vjolenza domestika biex tittaffa din il-pjaga socjali.

It-tnehhija ta' diskriminazzjoni ghandha thaddan forma ta' azzjoni proattiva li tohloq opportunitajiet indaqs bil-ghan li n-nisa jaghtu s-sehem shih taghhom f'ghalqa usa ta' hidmiet mifruxa f'kull saff tas-socjeta taghna. Dan id-dritt igib mieghu responsabbilita li n-nisa stess ghandhom jaghrfu u jerfghu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE ELECTORAL COMMISSION  Revised General Election Electoral Register

PR261903en

PRESS RELEASE BY THE ELECTORAL COMMISSION Revised General Election Elector...

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI  Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali

PR261903

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għ...

More Press Releases Right arrow