Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex jitkellem dwar il-Karnival ta' Ghawdex 1997

pr0187
Date Icon 04/02/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Anton Refalo, indirizza konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha ta dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Karnival ta' Ghawdex 1997.

L-Onor. Refalo qal li l-Gvern prezenti huwa mpenjat li jaghti spinta lill-kultura lokali f'diversi oqsma, u l-Karnival huwa wiehed mill-okkazjonijiet popolari li qieghed jinghata attenzjoni partikolari. Fil-fatt il-vot tal-Karnival zdied b'Lm5000 fuq is-sena l-ohra u issa ammonta ghal Lm15,000. Barra minn hekk kien hemm zieda fil-premijiet tal-kompetizzjonijiet li zdiedu b'5% fuq is-sena l-ohra filwaqt li l-prezz ghad-dhul fl-enclosure fil-jiem tas-Sibt 8 ta' Frar u tat-Tnejn 10 ta' Frar sar ta' 50 centezmu ghal kull persuna.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-Kunsill tal-Kultura ghandu bhala ghan li l-Karnival b'karattru folkloristiku jinghata aktar hajja. Il-Gimgha 7 ta' Frar filghaxija ser issir serata folkloristika fl-enclosure li fiha ser jiehdu sehem gruppi folkloristici lokali. Id-dhul ghal din is-serata ser ikun b'xejn. Barra minn hekk fil-kompetizzjonijiet tal-Karnival ser jiehdu sehem erba' karrijiet trijonafali, tlett settijiet ta' maskri grotteski u hames kumpaniji taz-zfin bil-kostum. Ser jiehdu sehem ukoll erba' baned Ghawdxin, grupp ta' Ballroom Dancers, kantanti u ghannejja lokali.

Dwar il-Karnival ta' l-iskejjel, Dr. Refalo qal li hemm tmintax-il kumpanija taz-zfin bil-kostum minn l-iskejjel statali u privati f'Ghawdex. Dawn ser jaghtu varjeta' ghat-tfal ta' l-iskejjel fil-Kumpless Sportiv nhar il-Gimgha fil-ghodu, filwaqt li l-istess programm jigi pprezentat ghall-pubbliku nhar it-Tnejn fil-ghaxija fl-enclosure.

Fl-istess okkazzjoni s-Segretarju Parlamentari pprezenta advance money lill-kompetituri li sejrin jiehdu sehem filwaqt li rringrazzjahom ghas-sehem taghhom fil-Karnival. Huwa rringrazzja ukoll lill-Kunsill tal-Kultura ghal Ghawdex li huwa responsabbli mill-organizzazzjoni tal-Karnival t'Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow