Left arrow Go Back

Mahtur il-Kumitat biex jikkoordina l-Organizzazzjoni tal-Konferenza Ewro-Mediterranja li ser issir f'Malta

pr0174
Date Icon 03/02/1997

Il-Prim Ministru hatar Kumitat biex jikkoordina l-attivitajiet ghall-Konferenza Ewro-Mediterranja li se ssir f'Malta bejn il-15 u s-16 ta' April 1997 f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi.

Dan il-Kumitat se jkun immexxi mill-Ambaxxatur Alfred A. Zarb, Direttur fil-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin; li gie appuntat bhala Direttur tal-Konferenza. L-arrangamenti preparatorji, kif ukoll l-organizzazzjoni tal-laqghat preliminari tal-Konferenza huma responsabbilita' tal-Gvern ta' Malta. Aktar minn 300 ufficjali gholjin tal-Konferenza, se jkunu Malta fil-gimgha ta' qabel il-Konferenza, li ghaliha mistennija jattendu 27 Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, kif ukoll il-Vici President tal-Kummissjoni Ewropea, l-E.T. Manuel Marin, flimkien mad-delegazzjonijiet taghhom.

Il-Kumitat tal-Konferenza se jkun maghmul mid-Direttur tal-Konferenza nnifsu, b'rapprezentanti gholjin mill-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin, l-Ufficcju tal-Managementu l-Personnel, il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta' Malta, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni Telemalta. Ufficjali gholjin minn Ministeri ohrajn se jkunu co-opted fejn mehtieg.

Minhabba l-importanza ta' din il-Konferenza, kapijiet tad-Dipartimenti u ta' Organizzazzjonijiet Parastatali qeghdin jigu mitluba jaghtu l-ghajnuna kollha taghhom ghas-success ta' din il-Konferenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow