Iz-Zidiet fit-tariffi tal-Gozo Channel Co. Ltd.
Iz-zidiet fit-tariffi tan-nollijiet tal-Gozo Channel Co. Ltd. kellhom jigu fis-sehh f'Settembru tas-sena li ghaddiet, izda din id-decizjoni giet posposta ghall-1 ta' Jannar ta' din is-sena mill-Gvern precedenti minhabba l-Elezzjoni Generali tas-26 ta' Ottubru 1996. Id-decizjoni li joghlew in-nollijiet tal-Gozo Channel Co. Ltd kienet ittiehdet f'Mejju 1995 wara li l-kumpanija lestiet feasibility study li kien jipproponi zidiet fit-tariffi minhabba l-qaghda finanzjarja prekarja tal-kumpanija.
Il-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd kienet ilha ghal sentejn shah tghid lill-Gvern Nazzjonalista li kienet qed titmexxa bit-telf u li bilfors riedet izzid it-tariffi biex tkun tista' thallas il-pagi ta' l-impjegati taghha u ssostni l-operazzjonijiet taghha. L-ex Ministru tal-Finanzi, is-Sur John Dalli kien qed jigi infurmat b'mod regolari bil-problemi finanzjarji tal-kumpanija, izda l-Gvern precedenti baqa' jinjora l-proposti tal-kumpanija.
Tant kienet prekarja s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Gozo Channel Co. Ltd li l-kumpanija kienet kitbet lill-ex Ministru Nazzjonalista tal-Finanzi fis-7 ta' Novembru 1995 dwar il-gravita' tas-sitwazzjoni. Dak in-nhar, ic-Chairman tal-kumpanija, is-Sur Paul Abela kien informa lill-Ministru tal-Finanzi "bl-izbilanc bejn il-kontribuzzjoni socjali li ghadda bil-kbir lill-aspett kummercjali tal-kumpanija tant li l-kumpanija kienet qed taghmel it-telf."
Gvern Nazzjonalista baqa' jirritjeni milli jawtorizza lill-Gozo Channel Co. Ltd. tgholli t-tariffi bil-konsegwenzi kollha li halliet decizjoni bhal din. Wara li halla lill-Gozo Channel Co. Ltd titmexxa bit-telf, il-Gvern precedenti ipprefera li sitt ijiem qabel l-Elezzjoni Generali tas-26 ta' Ottubru 1996 ikompli jzid l-ispejjez u l-piz fuq il-kumpanija meta bil-pompa kollha inawgura s-servizz tal-katamaran bejn iz-zewg gzejjer. Gvern Nazzjonalista kien jaf li l-kumpanija ma kinitx tiflah tmexxi servizz ta' katamaran u li dan kien se jfisser izjed telf ghal kumpanija diga' falluta.
Kemm l-ex Prim Ministru Eddie Fenech Adami u l-ex Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone kienu jafu bit-telf kbir li kellha l-kumpanija, bhalma kien jaf il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel Co. Ltd.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901