Stqarrija mill-Ministeru tal-Harsien Socjali
L-istatistika uffiðjali dwar l-impjiegi góax-xhur ta' Ottubru u Novembru tikkonferma kemm fl-aóóar xhur ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, l-affarijiet f'dan il-qasam kienu qabdu t-triq tan-niúla.
Bejn Settembru u Ottubru, l-aóóar xahar ta' Gvern Nazzjonalista, in-numru ta' nies jaódmu naqas b'1,879. Minn dawn, 515 naqsu mis-settur privat, l-aktar mis-settur tal-produzzjoni, biex b'kollox, fl-aóóar tliet xhur ta' Gvern Nazzjonalista (jigifieri bejn Awissu u Ottubru), l-impjiegi fis-settur privat naqsu bi kwaúi 600.
Dan it-tnaqqis fl-impjiegi mis-settur privat wassal biex il-qgóad jitla' b'628 bejn Settembru u Novembru. Il-qgóad f'Ottubru li góadda kien 647 aktar milli kien f'Ottubru ta' l-1995. Fortunatament, in-niúla fl-impjiegi naqqset sew mir-ritmu tagóha f'Novembru tant li n-numru ta' nies jaódmu naqas biss bi 313, u l-impjiegi li ntilfu fis-settur privat kienu biss 217.
Dan ifisser li t-tnaqqis fin-numru ta' nies jaódmu fl-aóóar xahar ta' Gvern Nazzjonalista kien sitt darbiet akbar minn dak reíistrat fl-ewwel xahar ta' Gvern Laburista. It-tnaqqis fl-impjiegi fis-settur privat, bejn Settembru u Ottubru, kien darbtejn u nofs akbar mit-tnaqqis li rriúulta bejn Ottubru u Novembru.
Huwa pozittiv il-fatt li wara Ottubru, in-numru ta' impjiegi fis-settur pubbliku beda jonqos; jirriúulta li waqt li f'Ottubru dawn údiedu bi 30, f'Novembru dawn naqsu b'87.
Wiehed irid jghid ukoll li anke n-numru ta'dawk li jaódmu góal rashom niúel sew matul l-aóóar sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista: waqt li f'Diðembru ta' l-1995 dan kien jammonta góal 16,329, dan nizel góal 15,882 f'Ottubru, biex hekk niúel anke taót l-ammont li kien hemm f'Diðembru ta' l-1994.
Minn dawn ið-ðifri jidher ðar li s-settur ta' l-impjiegi, fl-aóóar xhur ta'amministrazzjoni Nazzjonalista, kien jinsab f'diffikultajiet. Din kienet waóda mir-raíunijiet li wasslet biex il-Gvern Nazzjonalista isejjaó elezzjoni qabel iú-úmien, u ma jressaqx il-Budget góal din is-sena.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901