Survey dwar Djar battala fil-Furjana
B'rizultat ta' laqgha li kienet saret dan l-ahhar bejn il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli u l-Kunsilli Lokali tal-Floriana, gie deciz illi d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, matul ix-xahar ta' Frar, jaghmel survey dwar postijiet battala li jinsabu fil-lokal.
Dan se jkun progett pilota biex tigi pprecizata ahjar id-dimensjoni tal-problema tal-postijiet battala f'post partikolari. Permezz ta' dan is-survey, ufficjali tad-Dipartiment se jaraw kemm fil-fatt hemm postijiet bhal dawn u anke, fejn hu possibli, il-kundizzjoni taghhom.
Dan is-survey se jsir bl-appogg shih tal-Kunsill Lokali tal-Floriana, u d-Dipartiment qed jaghmilha cara illi bl-ebda mod ma hu konness ma' xi ordni ta' rekwizizzjoni. Id-Dipartiment ifakkar li l-poter li kellu biex johrog rekwizizzjonijiet kien tnehha u m'hemm l-ebda hsieb li dan jerga jiddahhal.
Kemm id-Dipartiment kif ukoll il-Kunsill Lokali tal-Floriana, jixtiequ jitolbu l-appogg u l-koperazzjoni ta' kulhadd biex dan l-ezercizzju jirnexxi u jintemm fl-iqsar zmien possibli. Is-sidien ta' dawn il-postijiet qeghdin jigu mistiedna biex jikkoperaw.
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892